EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TN0212

Kawża T-212/08: Rikors ippreżentat fl- 4 ta' Ġunju 2008 — Amertranseuro International Holdings et vs Il-Kummissjoni

ĠU C 197, 2.8.2008, p. 32–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

2.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 197/32


Rikors ippreżentat fl-4 ta' Ġunju 2008 — Amertranseuro International Holdings et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-212/08)

(2008/C 197/55)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Amertranseuro International Holdings Ltd (Londra, ir-Renju Unit), Trans Euro Ltd (Londra, ir-Renju Unit) u Team Relocations Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: L. Gyselen, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla l-Artikolu 2(i) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-11 ta' Marzu 2008, fil-Każ COM/38.543 — Servizzi ta' ċaqliq internazzjonali, safejn dan jiddikjara li r-rikorrenti huma responsabbli in solidum għall-ksur allegatament imwettaq minn Team Relocations NV ta' l-Artikolu 81 KE u ta' l-Artikolu 53 tal-Ftehim fuq iz-ŻEE matul il-perijodu bejn Jannar 1997 u Settembru 2003;

Sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 2(i) ta' din id-deċiżjoni tal-Kummissjoni, safejn dan ma jillimitax effettivament ir-responsabbiltà in solidum ta' Amertranseuro Ltd għall-ammont ta' EUR 1,3 miljun.

Tordna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti jitolbu l-annullament parzjali, skond l-Artikolu 230 KE, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 926 finali, tal-11 ta' Marzu 2008 (Każ COM/38.543 — Servizzi ta' ċaqliq internazzjonali) (iktar 'il quddiem: id-“deċiżjoni kkontestata”), dwar proċedura ta' applikazzjoni ta' l-Artikolu 81(1) tat-Trattat KE u ta' l-Artikolu 53(1) tal-Ftehim ZEE. B'mod iktar partikolari, ir-rikorrenti jitolbu l-annullament ta' l-Artikolu 2(i) tad-deċiżjoni kkontestata, safejn dan jiddikjara li huma responsabbli in solidum għall-allegata parteċipazzjoni ta' Team Relocations NV (iktar 'il quddiem “TRNV”) fil-ksur imsemmi fl-Artikolu 1 tad-deċiżjoni kkontestata.

Ir-rikorrenti jsostnu żewġ motivi ta' dritt in sostenn tat-talbiet tagħhom:

L-ewwel nett, huma jsostnu li l-Kummissjoni żbaljat meta ddikjarat it-tlieta li huma responsabbli minkejja l-fatt li huma la kienu jafu u lanqas setgħu jkunu jafu bil-parteċipazzjoni ta' TRNV fl-allegat ksur. It-tieni nett, ir-rikorrenti jsostnu li l-Kummissjoni wettqet abbuż ta' poter billi imponitilhom multa li huma ma jistgħux iħallsu.


Top