Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TN0206

    Kawża T-206/08: Rikors ippreżentat fid- 9 ta' Ġunju 2008 — Spanja vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 197, 2.8.2008, p. 29–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    2.8.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 197/29


    Rikors ippreżentat fid-9 ta' Ġunju 2008 — Spanja vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-206/08)

    (2008/C 197/51)

    Lingwa tal-kawża:L-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrent: Ir-Renju ta' Spanja (rappreżentant: Sr. F. Díez Moreno)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/321/EC tat-8 ta' April 2008, li teskludi mill-finanzjalment Komunitarju ċerti spejjeż imġarrba mill-Istati Membri taħt it-Taqsima tal-Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewopew ta' Gwida u Garanzia (FAEGG) u l-Fond Agrikolu Ewopew ta' Garanzia (FAEG), sa fejn tinkludi korrezzjonijiet li jaffettwaw ir-Renju ta' Spanja, li jirriżultaw minn żewġ investigazzjonijiet dwar il-potenzjali għal produzzjoni tal-vitikultura (VT/VI/2002/14 u VT/VI/2006/09) għal ammont totali ta' EUR 54 949 195,80, li tirriżulta minn applikazzjoni ta' korrezzjoni ta' ħlas f'daqqa ta' 10 % ta' l-ispejjeż kollha ddikjarati fid-dawl ta' l-għajnuna relatata preċedenti, u

    tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    L-esklużjonijiet mill-finanzjament Komunitarju li jaffettwaw lil Spanja f'din il-kawża, li jirriżultaw minn żewġ investigazzjonijiet dwar il-potenzjal ta' produzzjoni tal-vitikultura (VT/VI/2002/14 u VT/VI/2006/09, li għandhom bħala bażi ta' kalkolu tal-korrezzjoni finanzjarja l-ispejjeż iddikjarati minn Spanja għall-miżuri ta' għajnuna kollha li għalihom setgħu jikkompetu l-prodotti li jirriżultaw minn plottijiet illegali ta' pjantaġġuni tad-dwieli, fis-snin finanzjarji 2003 u 2004, għal ammont totali ta' EUR 59 949 195,80 (korrezzjoni ta' ħlas f'daqqa ta' 10 % ta' l-ispejjeż kollha ddikjarati fid-dawl ta' din l-għajnuna, minħabba nuqqasijiet fil-kontroll tal-projbizzjoni ta' kwalunkwe pjantaġġun ta' dwieli).

    Ir-Renju ta' Spanja jikkontesta l-korrezzjoni finanzjarja proposta, billi jikkunsidraha inġustifikata u sproporzjonata abbażi ta' l-argumenti li ġejjin:

    in-nuqqas ta' motivazzjoni tal-korrezzjoni proposta;

    it-twettiq korrett mill-korpi Spantoli ta' kontroll fl-iskoperta ta' pjantaġġuni illegali fis-snin 2003 u 2004;

    in-nuqqas ta' twettiq, min-naħa tad-dipartimenti tal-Kummissjoni, tal-proċeduri previsti fil-kuntest ta' likwidizzjoni ta' kontabbiltà;

    l-inadegwatezza ta' l-użu tar-riżultati ta' l-investigazzjoni mwettqa fis-sena 2002;

    ir-rifjut ta' l-estrapolazzjoni tal-korrezzjoni proposta lill-Komunitajiet Awtonomi li ma saritx żjara fihom; u

    in-nuqqas ta' argumenti teknici li jsostnu l-perċentwali proposta ta' impożizzjoni: aspetti diskriminatorji tal-mezzi varji ta' regolamentazzjoni.


    Top