Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TN0202

    Kawża T-202/08: Rikors ippreżentat fil- 5 ta' Ġunju 2008 — CLL Centres de langues vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 183, 19.7.2008, p. 29–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.7.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 183/29


    Rikors ippreżentat fil-5 ta' Ġunju 2008 — CLL Centres de langues vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-202/08)

    (2008/C 183/55)

    Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: Centre de langues à Louvain-la-Neuve et -en-Woluwe (CLL Centres de langues) (Louvain-la-Neuve, il-Belgju) (rappreżentanti: F. Tulkens u V. Ost, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

    Talbiet tar-rikorrent

    tannulla d-deċiżjoni ta' rifjut;

    tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tagħha u għal dawk sostenuti minn CLL.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Ir-rikorrent jikkontesta d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta l-applikazzjoni tiegħu biex jipparteċipa fis-sejħa għal offerti ADMIN/D1/PR/2008/004 dwar il-korsijiet tal-lingwi għall-persunal ta' l-istituzzjonijiet, korpi u aġenziji ta' l-Unjoni Ewropea (UE) li jinsabu fi Brussell (ĠU 2008, S 44-060121), għar-raġuni li l-applikazzjoni ġiet ippreżentata wara t-terminu indikat fis-sejħa għal offerti.

    In sostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent isostni li d-deċiżjoni kkontestata hi bbażata fuq il-premessa żbaljata li l-awtorità kontraenti hi marbuta tirrifjuta kull applikazzjoni għal parteċipazzjoni ppreżentata tard. Ir-rikorrent isosnti għall-kuntrarju li l-awtorità kontraenti għandha setgħa diskrezzjonali f'dan ir-rigward.

    Barra minn hekk, ir-rikorrent isostni li d-deċiżjoni kkontestata m'hijiex motivata biżżejjed, inkwantu l-Kummissjoni ma spjegatx għalfejn ma eżerċitatx is-setgħa diskrezzjonali tagħha.

    Fl-aħħar lok, ir-rikorrent jinvoka motiv ibbażat fuq il-ksur ta' l-Artikolu 123 tar-regoli dettaljati (1), li jistipula li n-numru ta' kandidati mistiedna biex jitfgħu offerta jrid ikun biżżejjed biex ikun hemm kompetizzjoni genwina, u fuq in-natura sproporzionata tar-rifjut ta' l-applikazzjoni tar-rikorrent.


    (1)  Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002, tat-23 ta' Diċembru 2002, li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolamenti Finanzjaru li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 357, p. 1).


    Top