This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62008TN0105
Case T-105/08 P: Appeal brought on 26 February 2008 by Kris Van Neyghem against the judgment of the Civil Service Tribunal delivered on 13 December 2007 in Case F-73/06, Van Neyghem v Commission
Kawża T-105/08 P: Appell ippreżentat fis- 26 ta' Frar 2008 minn Kris Van Neyghem mis-sentenza mogħtija fit- 13 ta' Diċembru 2008 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-kawża F-73/06, Van Neyghem vs Il-Kummissjoni
Kawża T-105/08 P: Appell ippreżentat fis- 26 ta' Frar 2008 minn Kris Van Neyghem mis-sentenza mogħtija fit- 13 ta' Diċembru 2008 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-kawża F-73/06, Van Neyghem vs Il-Kummissjoni
ĠU C 107, 26.4.2008, p. 39–39
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
26.4.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 107/39 |
Appell ippreżentat fis-26 ta' Frar 2008 minn Kris Van Neyghem mis-sentenza mogħtija fit-13 ta' Diċembru 2008 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-kawża F-73/06, Van Neyghem vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-105/08 P)
(2008/C 107/66)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Appellant: Kris Van Neyghem (Vissenken, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Rodrigues u C. Bernard-Glanz, avukati)
Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet ta' l-appellant
— |
tiddikjara l-appell preżenti ammissibbli; |
— |
tannulla s-sentenza mogħtija fit-13 ta' Diċembru 2007 mit-Tieni Awla tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-kawża F-73/06; |
— |
tilqa' t-talbiet għal annullament u għal kumpens ippreżentati mill-appellant quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż taż-żewġ istanzi. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Fl-appell tieġħu, l-appellant jitlob l-annullament tas-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku li tiċħad ir-rikors li permezz tiegħu talab, minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord ta' l-Għażla tal-kompetizzjoni EPSO/A/19/04 li ma jħallihx jipparteċipa fl-eżami orali ta' l-isemmija kompetizzjoni u, min-naħa l-oħra, kumpens għad-danni matrerjali u morali allegatament subiti minnu.
In sostenn ta' l-appell tiegħu, l-appellant jinvoka aggravju bbażat fuq iż-żnaturament ta' element ta' prova mressaq quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, b'mod partikolari, kopja ta' eżami bil-miktub.
Barra minn hekk, huwa jqajjem aggravju bbażat fuq żball fil-motivazzjoni li kien wettaq it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fir-rigward tan-nuqqas manifest ta' evalwazzjoni tal-President tal-Bord fil-paragun bejn in-nota attribwita lir-rikorrenti u l-evalwazzjoni litterali bbażata fuq il-formola ta' evalwazzjoni.