Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TN0096

Kawża T-96/08: Rikors ippreżentat fit- 22 ta' Frar 2008 — Global Digital Disc vs Il-Kummissjoni

ĠU C 107, 26.4.2008, p. 37–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 107/37


Rikors ippreżentat fit-22 ta' Frar 2008 — Global Digital Disc vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-96/08)

(2008/C 107/62)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Global Digital Disc GmbH & Co. KG (Dresden, il-Ġermanja) (rappreżentant: E. Stein, Rechtsanwalt)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej tas-7 ta' Diċembru 2007, COMP/C-3/38.803 — Global Digital Disc (GDD) vs Philips;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti tikkontesta d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta' Diċembru 2007 fil-kawża COMP/C-3/38.803 — Global Digital Disc (GDD) vs Philips. Permezz ta' din id-deċiżjoni l-Kummissjoni ċaħdet ir-rikors tar-rikorrenti, li fih kienet tallega għadd ta' ksur ta' l-Artikolu 82 KE min-naħa tal-konvenuta fir-rigward tal-prassi ta' għoti ta' liċenzja fil-qasam ta' CD-R, permezz ta' l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004 (1).

In sostenn tar-rikors tagħha r-rikorrenti l-ewwel nett tafferma li l-Kummissjoni kisret l-obbligu ta' motivazzjoni. Barra minn dan il-konvenuta kisret id-drittijiet tad-difiża. Fl-aħħar nett, jiġi eċċepit li l-argumenti tal-Kummissjoni għaċ-ċaħda tar-rilevanza Komunitarja ta' dan l-ilment huma vvizjati fl-evalwazzjoni.


(1)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004, tas-7 ta' April 2004, dwar it-tmexxija ta' proċeduri mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 81 sa 82 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 123, p. 18).


Top