Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TN0049

    Kawża T-49/08 P: Appell ippreżentat fit- 18 ta' Jannar 2008 minn Christos Michaïl mis-sentenza mogħtija fit- 22 ta' Novembru 2007 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-kawża F-67/05, Michaïl vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 107, 26.4.2008, p. 28–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.4.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 107/28


    Appell ippreżentat fit-18 ta' Jannar 2008 minn Christos Michaïl mis-sentenza mogħtija fit-22 ta' Novembru 2007 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-kawża F-67/05, Michaïl vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-49/08 P)

    (2008/C 107/47)

    Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

    Partijiet

    Appellant: Christos Michaïl (rappreżentant: Ch. Meïdanis, avukat)

    Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

    Talbiet ta' l-appellant

    tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-kawża F-67/05 fil-parti tagħha fejn tirrifjuta li tagħtih kumpens finanzjarju għad-dannu morali li huwa ġarrab minħabba atti jew ommissjonijiet ta' l-amministrazzjoni;

    tiddeċiedi fuq il-kumpens finanzjarju għad-dannu morali li ġarrab l-appellant, li jammonta għal mija u għoxrin elf EUR;

    tiddeċiedi fuq l-ispejjeż.

    Aggravji u argumenti prinċipali

    L-appellant isostni li, fis-sentenza appellata, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (iktar 'il quddiem, it-“TSP”) iddeċieda b'mod żbaljat fuq ir-rikors tiegħu, li bih huwa talab l-annullament tar-rapport dwar l-iżvilupp tal-karriera tiegħu ta' l-2003 u d-deċiżjoni ta' l-Awtorita tal-Ħatra li ċaħdet l-ilmenti li huwa kien ippreżentata skond l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal.

    B'mod aktar partikolari, l-appellant jinvoka l-fatt li t-TSP irrifjuta inġustament li jagħtih kumpens finanzjarju għad-dannu morali li huwa ġarrab minħabba li ġie assenjat lid-Direttorat Ġenerali ta' l-Agrikoltura (DĠ AGRI) wara li d-Direttorat Ġenerali tal-Kontroll Baġitarju, li huwa kien jaqa' taħtu, ġie abolit. Skond l-appellant, it-TSP applika d-dritt Komunitarju b'mod żbaljat, minħabba evalwazzjoni ħażina tal-provi u motivazzjoni kontradittorja.

    L-appellant isostni li t-TSP għamel żball meta rrifjuta li jiddeċiedi fuq it-talba in kwistjoni, li fin-nuqqas, is-sentenza tiegħu hija vvizjata b'insuffiċjenza ta' motivazzjoni u, konsegwentement, tikser id-drittijiet proċedurali fundamentali ta' l-appellant u tikkostitwixxi ksur tad-dritt Komunitarju.


    Top