Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TN0029

    Kawża T-29/08: Rikors ippreżentat fit- 18 ta' Jannar 2008 — Liga para a Protecção de Natureza vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

    ĠU C 79, 29.3.2008, p. 29–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.3.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 79/29


    Rikors ippreżentat fit-18 ta' Jannar 2008 — Liga para a Protecção de Natureza vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

    (Kawża T-29/08)

    (2008/C 79/58)

    Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Liga para a Protecção de Natureza (LPN) (Liżbona, il-Portugall) (rappreżentant: P. Vinagre e Silva, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea li, fit-tweġiba għal applikazzjoni konfermatorja, ċaħad it-talba għal aċċess għad-dokumenti relativi għall-iżvolġiment tax-xogħolijiet ta' kostruzzjoni tad-diga ta' Baixo Sabor, magħmula mil-LPN.

    tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha tal-proċeduri.

    Motivi u argumenti prinċipali

    L-informazzjoni mitluba mil-LPN lill-Kummissjoni, għandha, l-ewwelnett, tiġi kkunsidrata bħala informazzjoni li tista' u għandha titpoġġa għad-dispożizzjoni, fid-dawl ta' l-interessi ambjentali importanti li din l-entità ssostni li tiddefendi u tipproteġi fil-kuntest tal-proġett ta' kostruzzjoni tad-diga ta' Baixo Sabor (Regolamenti Nru 1367/2006 (1) u 1049/2001 (2)).

    Il-konfutazzjoni tal-preżunzjoni tas-superjorità ta' l-interess pubbliku involut fl-aċċess (Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 1367/2006) ma teżonerax lill-Kummissjoni milli tikkunsidra, konkretament, is-sustanza tiegħu. Ir-raġunijiet kollha ta' rifjut għandhom dejjem jiġu interpretati ristrettivament mill-Kummissjoni.

    Mhux biżżejjed li l-Kummissjoni tinvoka mudell teoretiku skond liema hija l-eċċezzjoni li tipprevali, fl-ispezzjonijiet u l-verifiki, biex tiddeċiedi u tikkonkludi, mingħajr raġunijiet oħra supplimentari u konkreti, mogħtija għal kull dokument, li l-aċċess għad-dokumenti kollha mitluba mil-LPN għandu jiġi rifjutat.

    Il-Kummissjoni rrifjutat aċċess parzjali b'motivazzjoni ġenerika, skond liema, ma sar l-ebda sforz biex id-dokumenti jinqasmu f'“partijiet kunfidenzjali u partijiet mhux kunfidenzjali”, billi bbażat ruħha fuq il-preżunzjoni li d-dokumenti kollha relattivi għall-proċeduri ta' spezzjoni u ta' inkjesta huma inaċċessibli. Madankollu, anke f'każ bħal dan, il-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjoni konkreta ta' l-informazzjoni li tinsab fid-dokumenti li għalihom kien intalab l-aċċess.


    (1)  Regolament (KE) Nru 1367 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta' Settembru 2006, dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta' Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (ĠU L 264, p. 13).

    (2)  Regolament (KE) Nru 1049 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta' Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, p. 43).


    Top