EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TJ0577

Sentenza tal-Qorti Ġenerali (it-Tielet Awla) ta’ 26 ta' Marzu 2010.
Proges - Progetti di sviluppo Srl vs Il-Kummissjoni Ewropea.
Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta' sejħa għal offerti Komunitarja - Programm ta' mudellar għall-użu tal-art - Ċaħda tal-offerta ta' offerent - Rikors għal annullament - Interess ġuridiku - Ammissibbiltà - Kriterji għall-għoti.
Kawża T-577/08.

ECLI identifier: ECLI:EU:T:2010:127





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tas-26 ta’ Marzu 2010 – Proges vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑577/08)

“Kuntratti pubbliċi għal servizzi – Proċedura ta’ sejħa għal offerti Komunitarja – Programm ta’ ħolqien ta’ mudelli għall-użu tat-territorji – Ċaħda tal-offerta ta’ offerent – Rikors għal annullament – Interess ġuridiku – Ammissibbiltà – Kriterji għall-għoti”

1.                     Proċedura - Rikors promotur - Rekwiżiti proċedurali - Identifikazzjoni tas‑suġġett tal-kawża - Rikors għall-kumpens għad-danni allegatament ikkawżati minn istituzzjoni Komunitarja - Sunt tal-motivi invokati - Assenza - Inammissibbiltà (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(ċ)) (ara l-punti 20-28)

2.                     Kuntratti pubbliċi tal-Komunitajiet Ewropej - Konklużjoni ta’ kuntratt wara sejħa għal offerti - Setgħa diskrezzjonali tal-istituzzjonijiet - Stħarriġ ġudizzjarju - Limiti (ara l-punt 36)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tad-29 ta’ Ottubru 2008, li tirrifjuta l-offerta sottomessa mir-rikorrenti fil-kuntest ta’ sejħa għal offerti dwar l-implementazzjoni ta’ programm ta’ ħolqien ta’ mudelli għall-użu tat-territorji ,kif ukoll talba għall-kumpens għad-dannu subit mir-rikorrenti.

 Dispożittiv

1)         Ir-rikors huwa miċħud.

2)         Proges – Progetti di sviluppo Srl hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.


Top