EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TJ0482

Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) ta’ l-10 ta' Ġunju 2010.
Atlas Transport GmbH vs l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trademarks u disinni) (UASI).
Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' revoka - Trade mark Komunitarja verbali ATLAS TRANSPORT - Użu ġenwin mit-trade mark - Artikoli 15 u 50(1) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li saru l-Artikoli 15 u 51(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009].
Kawża T-482/08.

ECLI identifier: ECLI:EU:T:2010:229





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal-10 ta’ Ġunju 2010 – Atlas Transport vs UASI – Hartmann (ATLAS TRANSPORT)

(Kawża T-482/08)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ revoka – Trade mark Komunitarja verbali ATLAS TRANSPORT – Użu ġenwin mit-trade mark – Artikoli 15 u 50(1) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li saru l-Artikoli 15 u 51(1) tar Regolament (KE) Nru 207/2009]”

Trade mark Komunitarja - Ċessjoni, revoka u invalidità - Raġunijiet għal revoka - Nuqqas ta’ użu ġenwin mit-trade mark – Użu tat-trade mark taħt forma differenti permezz ta’ elementi li ma jbiddlux il-karattru distintiv tat-trade mark (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikoli 15(2)(a) u 50(1)(a)) (ara l-punti 42, 43)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tad-9 ta’ Settembru 2008 (Każ R 1858/2007‑4), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Alfred Hartmann u Atlas Transport GmbH.

Informazzjoni dwar il-kawża

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja::

Atlas Transport GmbH

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett ta’ applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità:

Trade mark verbali ATLAS TRANSPORT għas-servizzi ta’ trasport (trasport ta’ merkanzija) fil-klassi 39 – Trade mark Komunitarja Nru 545681

Parti li qed titlob ir-revoka tat-trade mark Komunitarja:

Alfred Hartmann

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni:

Applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Talba għar-revoka milqugħa


Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tad-9 ta’ Settembru 2008 (Każ R 1858/2007‑4), hija annullata.

2)

L-UASI huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk esposti minn Atlas Transport GmbH.

3)

Alfred Hartmann għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.

Top