Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TJ0473

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (it-Tielet Awla) tas-17 ta' Novembru 2009.
Apollo Group, Inc. vs l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trademarks u disinni) (UASI).
Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali THINKING AHEAD - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009].
Kawża T-473/08.

ECLI identifier: ECLI:EU:T:2009:442





Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla) tas-17 ta’ Novembru 2009 – Apollo Group vs UASI (THINKING AHEAD)

(Kawża T‑473/08)

“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali THINKING AHEAD – Raġuni assoluta għal rifjut – Nuqqas ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 29, 37)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-14 ta’ Awwissu 2008 (Każ R 728/2008-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali THINKING AHEAD bħala trade mark Komunitarja.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

Apollo Group, Inc.

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark verbali THINKING AHEAD għal prodotti u servizzi fil‑klassijiet 9, 16 u 41

Deċiżjoni tal-eżaminatur:

Talba parzjalment miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appell miċħud


Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Apollo Group, Inc., hija kkundannata għall-ispejjeż.

Top