Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TJ0385

    Sentenza tal-Qorti Ġenerali (il-Ħames Awla) tat-8 ta' Lulju 2010.
    Nadine Trautwein Rolf Trautwein GbR, Research and Development vs l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trademarks u disinni) (UASI).
    Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta kelb - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009].
    Kawża T-385/08.

    ECLI identifier: ECLI:EU:T:2010:295





    Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tat-8 ta’ Lulju 2010 – Trautwein vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ kelb)

    (Kawża T-385/08)

    “Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta kelb – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”

    Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(ċ)) (ara l-punti 23, 27-30)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-30 ta’ Ġunju 2008 (Każ R 1734/2007-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal figurattiv li jirrappreżenta kelb bħala trade mark Komunitarja.

    Informazzjoni dwar il-kawża

    Applikant għat-trade mark Komunitarja:

    Nadine Trautwein Rolf Trautwein GbR, Research and Development

    Trade mark Komunitarja kkonċernata:

    Rappreżentazzjoni ta’ kelb għal prodotti li jaqgħu fil-klassijiet 18, 25 u 31 – Applikazzjoni Nru 4829321

    Deċiżjoni tal-eżaminatur:

    Reġistrazzjoni rrifjutata

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

    Annullament tad-deċiżjoni appellata fir-rigward tal-“ħwejjeġ, żraben, kpiepel; ċinturini”, tal-klassi 25


    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Nadine Trautwein Rolf Trautwein GbR, Research and Development hija kkundannata għall-ispejjeż.

    Top