Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TJ0243

Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tad-19 ta' Mejju 2010.
Ravensburger AG vs l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trademarks u disinni) (UASI).
Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità - Trade mark figurattiva EDUCA Memory game - Trade marks nazzjonali u internazzjonali verbali preċedenti MEMORY - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta' xebh bejn is-sinjali - Artikolu 8(1)(b) u (5), Artikoli 74 u 75 tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li saru Artikolu 8(1)(b) u (5), Artikoli 76 u 77 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009].
Kawża T-243/08.

ECLI identifier: ECLI:EU:T:2010:210





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tad-19 ta’ Mejju 2010 – Ravensburger vs UASI – Educa Borras (EDUCA Memory game)

(Kawża T-243/08)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark Komunitarja figurattiva EDUCA Memory game – Trade marks nazzjonali u internazzjonali verbali preċedenti MEMORY – Raġuni relattiva għal rifjut – Nuqqas ta’ xebh bejn is-sinjali – Artikolu 8(1)(b) u (5), Artikoli 74 u 75 tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li saru l-Artikolu 8(1)(b) u (5), u l-Artikoli 76 u 77 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”

Trade mark Komunitarja - Ċessjoni, revoka u invalidità - Raġunijiet relattivi ta’ invalidità - Reġistrazzjoni li tmur kontra l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94 (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 24, 42)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-8 ta’ April 2008 (Każ R 597/2007-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Ravensburger AG u Educa Borras, SA.

Informazzjoni dwar il-kawża

It-trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett ta’ applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità:

EDUCA Memory game għal prodotti fil-klassi 28 – Trade mark Komunitarja Nru 495036

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja:

Educa Borras, SA

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja:

Ravensburger AG

Dritt tat-trade mark tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità:

Trade mark verbali internazzjonali MEMORY, Reġistrazzjoni Nru 393512; trade mark verbali Benelux MEMORY, Reġistrazzjoni Nru 38328; trade mark verbali Ġermaniża MEMORY, Reġistrazzjoni Nru 964625

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni:

Invalidità tat-trade mark Komunitarja kkonċernata

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni annullata


Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ravensburger AG hija kkundannata għall-ispejjeż.

Top