Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TJ0163

    Sentenza tal-Qorti Ġenerali (is-Sitt Awla) tad-19 ta' Mejju 2010.
    Arbeitsgemeinschaft Golden Toast eV vs l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trademarks u disinni) (UASI).
    Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Golden Toast - Raġuni assoluta ta' rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nruº207/2009].
    Kawża T-163/08.

    ECLI identifier: ECLI:EU:T:2010:208





    Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tad-19 ta’ Mejju 2010 – Arbeitsgemeinschaft Golden Toast vs UASI (Golden Toast)

    (Kawża T-163/08)

    “Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Golden Toast – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”

    Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(ċ)) (ara l-punti 24, 33)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-31 ta’ Jannar 2008 (Każ R 761/2007‑1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Golden Toast bħala trade mark Komunitarja.

    Informazzjoni dwar il-kawża

    Applikant għat-trade mark Komunitarja:

    Arbeitsgemeinschaft Golden Toast eV

    Trade mark Komunitarja kkonċernata:

    Trade mark verbali Golden Toast għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 5, 8, 9, 11, 14, 16, 21, 24, 25, 28 sa 32, 39 u 41 sa 44 – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 4811171

    Deċiżjoni tal-eżaminatur:

    Talba miċħuda parzjalment f’dak li jirrigwarda l-prodotti fil-klassijiet 11 u 30

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

    Appell miċħud


    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Arbeitsgemeinschaft Golden Toast e.V. hija kkundannata għall-ispejjeż.

    Top