Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TJ0132

    Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (is-Sitt Awla) tal-11 ta' Ġunju 2009.
    ERNI Electronics GmbH vs l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trademarks u disinni) (UASI).
    Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali - Forma ta’ pinzetta - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009].
    Kawża T-132/08.

    ECLI identifier: ECLI:EU:T:2009:200





    Sentenza tal‑Qorti tal‑Prim’Istanza (Is‑Sitt Awla) tal—11 ta’ Ġunju 2009 – ERNI Electronics vs UASI (MaxiBridge)

    (Kawża T‑132/08)

    “Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali MaxiBridge – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv tal-użu tal-prodotti indikati fl-applikazzjoni għal trade mark – Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament Nru 207/2009]”

    Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(ċ)) (ara l-punti 34, 47‑50)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-30 ta’ Jannar 2008 (Każ R 1530/2006‑4), dwar ir-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali MaxiBridge bħala trade mark Komunitarja.

    Informazzjoni dwar il-kawża

    Applikant għat-trade mark Komunitarja:

    ERNI Electronics GmbH

    Trade mark Komunitarja kkonċernata:

    Trade mark verbali MaxiBridge għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9 u 17 – Applikazzjoni Nru 4899647

    Deċiżjoni tal-eżaminatur:

    Reġistrazzjoni rrifjutata

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

    Appell miċħud


    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    ERNI Electronics GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.

    Top