EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TJ0039

Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat-8 ta' Diċembru 2011.
Evropaïki Dynamiki - Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE vs Il-Kummissjoni Ewropea.
Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta' sejħa għal offerti - Provvista ta' servizzi informatiċi għall-hosting, immaniġġjar, titjib, promozzjoni u manteniment ta' portal tal-internet - Ċaħda tal-offerta u għoti ta' kuntratt lil offerent ieħor - Kriterji ta' għażla - Kriterji ta' għoti - Responsabbiltà mhux kuntrattwali.
Kawża T-39/08.

ECLI identifier: ECLI:EU:T:2011:721





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat-8 ta’ Diċembru 2011 – Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-39/08)

“Kuntratti pubbliċi għal servizzi – Proċedura ta’ sejħa għal offerti – Provvista ta’ servizzi informatiċi għall-hosting, immaniġġjar, titjib, promozzjoni u manutenzjoni ta’ portal tal-Internet – Ċaħda tal-offerta u għoti ta’ kuntratt lil offerent ieħor – Kriterji ta’ selezzjoni – Kriterji ta’ għoti – Responsabbiltà mhux kuntrattwali”

1.                     Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea - Konklużjoni ta’ kuntratt wara sejħa għal offerti - Kriterji ta’ selezzjoni - Evalwazzjoni tal-kapaċità tal-kandidati li jipprovdu servizzi speċifiċi - Kriterji ta’ għoti - Evalwazzjoni komparattiva tal-karatteristiċi u tal-merti partikolari tal-offerti individwali - Applikazzjoni ta’ kriterju ddestinat għall-evalwazzjoni tal-kapaċitajiet tal-kandidati sabiex jeżegwixxu kuntratt matul il-fażi ta’ għoti tal-kuntratt - Inammissibbiltà (Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002, Artikolu 97(1) u (2); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002, Artikolu 138) (ara l-punti 17-24, 38-40, 42)

2.                     Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea - Konklużjoni ta’ kuntratt wara sejħa għal offerti - Setgħa diskrezzjonali tal-istituzzjonijiet (ara l-punti 21, 47)

3.                     Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Kundizzjonijiet - Illegalità - Dannu - Rabta kawżali - Oneru tal-prova - Assenza ta’ waħda mill-kundizzjonijiet - Ċaħda tar-rikors għad-danni kollu kemm hu (Artikolu 288(2) KE) (ara l-punti 45-47)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-12 ta’ Novembru 2007, li tiċħad l-offerta magħmula mir-rikorrenti fil-kuntest ta’ sejħa għal offerti EAC/04/07 għall-hosting, immaniġġjar, titjib, promozzjoni u manutenzjoni tal-portal tal-Internet tal-Kummissjoni Ewropea dwar it-tagħlim minn fuq l-Internet (e-learning) (elearningeuropa.info) (ĠU 2007, S 87), u li tattribwixxi l-kuntratt lil offerent ieħor u, min-naħa l-oħra, talba għal kumpens għad-danni.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Novembru 2007 li tiċħad l-offerta ppreżentata minn Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE fil-kuntest tas-sejħa għal offerti EAC/04/07 dwar il-hosting, immaniġġjar, titjib, promozzjoni u manutenzjoni tal-portal tal-Internet tal-Kummissjoni Ewropea fuq it-tagħlim minn fuq l-Internet (e-learning) (elearningeuropa.info), u li tattribwixxi dan il-kuntratt lil offerent ieħor, hija annullata.

2)

It-talba għad-danni hija miċħuda.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis.

Top