EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TB0373

Kawża T-373/08: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal- 24 ta’ Mejju 2011 — Nuova Agricast vs Il-Kummissjoni ( “Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Sistema ta’ għajnuna prevista mil-liġi Taljana — Sistema ddikjarata kompatibbli mas-suq intern — Miżura tranżitorja — Esklużjoni ta’ ċerti impriżi — Prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi — Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi — Assenza — Nuqqas manifest ta’ġurisdizzjoni — Rikors manifestament infondat fid-dritt” )

ĠU C 219, 23.7.2011, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 219/16


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Mejju 2011 — Nuova Agricast vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-373/08) (1)

(Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Sistema ta’ għajnuna prevista mil-liġi Taljana - Sistema ddikjarata kompatibbli mas-suq intern - Miżura tranżitorja - Esklużjoni ta’ ċerti impriżi - Prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi - Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi - Assenza - Nuqqas manifest ta’ġurisdizzjoni - Rikors manifestament infondat fid-dritt)

2011/C 219/23

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Nuova Agricast Srl (Cerignola, l-Italja) (rappreżentant: M.A. Calabrese, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci u E. Righini, aġenti)

Suġġett

Talba għall-kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrenti minħabba l-adozzjoni mill-Kummissjoni tad-deċiżjoni tat-12 ta’ Luljuż 2000, li ma toġġezzjonax kontra sistema ta’ għajnuna għall-investimenti fir-reġjuni żvantaġġati tal-Italja (għajnuna mill-Istat N 715/99 — Italja (SG 2000 D/105754)) u minħabba l-aġir tal-Kummissjoni matul il-proċedura li wasslet għall-adozzjoni ta’ din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud

(2)

Nuova Agricast Srl hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 285, 8.11.2008.


Top