EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TB0332

Kawża T-332/08 R: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas- 17 ta' Settembru 2008 — Melli Bank vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Regolament (KE) Nru 423/2007 — Miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Iżlamika tal-Iran — Deċiżjoni tal-Kunsill — Miżura ta' ffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Nuqqas ta' urġenza — Nuqqas ta' dannu gravi u irreperabbli)

ĠU C 327, 20.12.2008, p. 28–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 327/28


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-17 ta' Settembru 2008 — Melli Bank vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-332/08 R)

(Proċeduri għal miżuri provviżorji - Regolament (KE) Nru 423/2007 - Miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Iżlamika tal-Iran - Deċiżjoni tal-Kunsill - Miżura ta' ffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta' urġenza - Nuqqas ta' dannu gravi u irreperabbli)

(2008/C 327/52)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Melli Bank plc (Londra, Ir-Renju Unit) (rappreżentanti: R. Gordon, QC, M. Hoskins, barrister, T. Din, S. Gadhia u D. Murray, solicitors)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Bishop, u E. Finnegan, aġent)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-paragrafu 4 tat-taqsima B tal-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/475/KE tat-23 ta' Ġunju 2008 li timplementa l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 163, p. 29), safejn Melli Bank plc huwa inkluż fil-lista tal-persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi tagħhom huma ffriżati.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


Top