Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TB0312

    Kawża T-312/08 R: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas- 26 ta' Settembru 2008 — Ellinikos Niognomon vs Il-Kummissjoni ( Proċeduri għal miżuri provviżorji — Direttiva 94/57/KE — Regoli u standards komuni għall-organizzazzjonijiet inkarigati mill-ispezzjoni u l-perizja tal-bastimenti — Irtirar tar-rikonoxximent mogħti lil tali organizzazzjoni — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Inammissibbiltà )

    ĠU C 301, 22.11.2008, p. 40–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.11.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 301/40


    Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-26 ta' Settembru 2008 — Ellinikos Niognomon vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-312/08 R)

    (“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Direttiva 94/57/KE - Regoli u standards komuni għall-organizzazzjonijiet inkarigati mill-ispezzjoni u l-perizja tal-bastimenti - Irtirar tar-rikonoxximent mogħti lil tali organizzazzjoni - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Inammissibbiltà’)

    (2008/C 301/68)

    Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Ellinikos Niognomon AE (Pirée, il-Greċja) (rappreżentanti: S. Pappas, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: H. Krämer u N. Yerrell, aġenti)

    Suġġett

    Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni ta' ittra tal-Kummissjoni li rtirat ir-rikonoxximent mogħti lir-rikorrenti skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/623/KE, tat-3 ta' Awwissu 2005, dwar l-estensjoni tar-rikonoxximent limitat ta' Hellenic Register of Shipping (Ellinikos Niognomon AE) (ĠU L 219, p. 43).

    Dispożittiv

    1)

    It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

    2)

    L-ispejjeż huma rriżervati.


    Top