Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TB0195

    Kawża T-195/08 R: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal- 15 ta' Lulju 2008 — Antwerpse Bouwwerken vs Il-Kummissjoni ( Proċeduri għal miżuri provviżorji — Kuntratti pubbliċi — Proċedura Komunitarja ta' sejħa għal offerti — Ċaħda ta' offerta — Talba għal sospensjoni ta' eżekuzzjoni u għal miżuri provviżorji — Ammissibbiltà — Interess ġuridiku — Telf ta' opportunità — Nuqqas ta' dannu serju u irreparabbli — Nuqqas ta' urġenza )

    ĠU C 247, 27.9.2008, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.9.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 247/12


    Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-15 ta' Lulju 2008 — Antwerpse Bouwwerken vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-195/08 R)

    (“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kuntratti pubbliċi - Proċedura Komunitarja ta' sejħa għal offerti - Ċaħda ta' offerta - Talba għal sospensjoni ta' eżekuzzjoni u għal miżuri provviżorji - Ammissibbiltà - Interess ġuridiku - Telf ta' opportunità - Nuqqas ta' dannu serju u irreparabbli - Nuqqas ta' urġenza’)

    (2008/C 247/23)

    Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Antwerpse Bouwwerken NV (Antwerp, il-Belġju) (rappreżentanti: J. Verbist u D. de Keuster, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: E. Manhaeve, aġent, assistit minn M. Gelders)

    Suġġett

    Talba għal miżuri provviżorji magħmula fil-kuntest ta' proċedura ta' sejħa għal offerti mnedija mill-Kummissjoni għall-kostruzzjoni ta' bini.

    Dispożittiv

    1)

    It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

    2)

    L-ispejjeż huma rriżervati.


    Top