Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TA0589

    Kawża T-589/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 3 ta’ Marzu 2011 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni ( “Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Għoti ta’ servizzi tal-informatika u ta’ għajnuna lill-utenti fir-rigward tas-sistema Komunitarja tal-iskambju ta’ drittijiet ta’ emissjoni — Ċaħda tal-offerta — Kriterji tal-għoti — Obbligu ta’ motivazzjoni — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Trattament ugwali — Trasparenza” )

    ĠU C 113, 9.4.2011, p. 12–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    9.4.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 113/12


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Marzu 2011 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-589/08) (1)

    (Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Għoti ta’ servizzi tal-informatika u ta’ għajnuna lill-utenti fir-rigward tas-sistema Komunitarja tal-iskambju ta’ drittijiet ta’ emissjoni - Ċaħda tal-offerta - Kriterji tal-għoti - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Trattament ugwali - Trasparenza)

    2011/C 113/24

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: N. Korogiannakis, Katsimani u M. Dermitzakis, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropeja (rappreżentanti: E. Manhaeve u N. Bambara, aġenti, assistit minn P. Wytinck u B. Hoorelbeke, avukati)

    Suġġett

    Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni, tat-13 ta’ Ottubru 2008, li jiċħdu l-offerti mressqa mir-rikorrenti fir-rigward ta’ kull wieħed mit-tliet lottijiet fil-kuntest tas-sejħa għal offerti miftuħa DG ENV.C2/FRA/2008/0017 “Kuntratt qafas dwar is-sistema tal-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjoni — CITL/CR” (2008/S 72-096229) u li dawn l-kuntratti jingħataw lil offerent ieħor u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    (2)

    Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE hija kkundannata għall-ispejjeż


    (1)  ĠU C 69, 21.3.2009.


    Top