Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TA0570

    Kawża T-570/08 RENV: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 12 ta’ Novembru 2013 — Deutsche Post vs Il-Kummissjoni ( “Għajnuna mill-Istat — Servizz postali — Deċiżjoni għal ordni biex tingħata informazzjoni — Natura xierqa tat-terminu — Obbligu ta’ motivazzjoni — Rilevanza tal-informazzjoni mitluba” )

    ĠU C 377, 21.12.2013, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.12.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 377/11


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Novembru 2013 — Deutsche Post vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-570/08 RENV) (1)

    (Għajnuna mill-Istat - Servizz postali - Deċiżjoni għal ordni biex tingħata informazzjoni - Natura xierqa tat-terminu - Obbligu ta’ motivazzjoni - Rilevanza tal-informazzjoni mitluba)

    2013/C 377/24

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Deutsche Post AG (Bonn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Sedemund, T. Lübbig u M. Klasse, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Martenczuk u T. Maxian Rusche, aġenti)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-30 ta’ Ottubru 2008, li tordna li tingħata informazzjoni fil-proċedura dwar għajnuna mill-Istat favur Deutsche Post AG [C 36/07 (ex NN 25/07)].

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    (2)

    Deutsche Post AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 55, 07.03.2009.


    Top