Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TA0562

Kawża T-562/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 12 ta’ Diċembru 2014 – Repsol Lubricantes u Especialidades et vs Il-Kummissjoni ( “Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tax-xemgħa ipparfumata — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Stabbiliment tal-prezz u tqassim tas-swieq — Prova tal-eżistenza tal-akkordju — Tul tal-ksur — Linji gwida tal-2006 għall-kalkolu tal-ammont tal-multi — Ugwaljanza fit-trattament — Preżunzjoni tal-innoċenza — Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur — Responsabbiltà ta’ kumpannija parent għall-ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni mwettaq mis-sussidjarji tagħha — Influwenza determinanti eżerċitata mill-kumpannija parent — Preżunzjoni f’każ ta’ żamma ta’ 100 % tal-ishma” )

ĠU C 46, 9.2.2015, p. 40–41 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

9.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/40


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2014 – Repsol Lubricantes u Especialidades et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-562/08) (1)

((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tax-xemgħa ipparfumata - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Stabbiliment tal-prezz u tqassim tas-swieq - Prova tal-eżistenza tal-akkordju - Tul tal-ksur - Linji gwida tal-2006 għall-kalkolu tal-ammont tal-multi - Ugwaljanza fit-trattament - Preżunzjoni tal-innoċenza - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Responsabbiltà ta’ kumpannija parent għall-ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni mwettaq mis-sussidjarji tagħha - Influwenza determinanti eżerċitata mill-kumpannija parent - Preżunzjoni f’każ ta’ żamma ta’ 100 % tal-ishma”))

(2015/C 046/48)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Repsol Lubricantes u Especialidades, SA, li qabel kienet Repsol Lubricantes YPF u Especialidades, SA (Madrid, Spanja); Repsol Petróleo, SA (Madrid); u Repsol, SA, li qabel kienet Repsol YPF, SA (Madrid) (rappreżentanti: J. M. Jiménez-Laiglesia Oñate, J. Jiménez-Laiglesia Oñate u S. Rivero Mena, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre, F. Castilla Contreras u C. Urraca Caviedes, aġenti)

Suġġett

Annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 5476 finali tal-1 ta’ Ottubru 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u tal-Artikolu 53 tal Ftehim ŻEE (Każ KOMP/39181 – Xemgħa), kif ukoll talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Repsol Lubricantes y Especialidades, SA, Repsol Petróleo, SA u Repsol, SA għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 44, 21.2.2009.


Top