Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TA0554

    Kawża T-554/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 24 ta’ April 2012 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni ( “Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Provvista ta’ servizzi ta’ konsulenza għan-negozju, teknika u proġetti għal applikazzjonijiet tal-kompjuter tal-Unjoni Ewropea fl-oqsma tad-dwana, tad-dazju u tat-tassazzjoni — Ċaħda tal-offerta ta’ offerent — Għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor — Rikors għal annullament — Inammissibbiltà — Rikors għad-danni — Kriterji ta’ għażla u ta’ għotja — Obbligu ta’ motivazzjoni — Żball manifest ta’ evalwazzjoni” )

    ĠU C 165, 9.6.2012, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    9.6.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 165/16


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ April 2012 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-554/08) (1)

    (Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Provvista ta’ servizzi ta’ konsulenza għan-negozju, teknika u proġetti għal applikazzjonijiet tal-kompjuter tal-Unjoni Ewropea fl-oqsma tad-dwana, tad-dazju u tat-tassazzjoni - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent - Għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor - Rikors għal annullament - Inammissibbiltà - Rikors għad-danni - Kriterji ta’ għażla u ta’ għotja - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni)

    2012/C 165/26

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: N. Korogiannakis, P. Katsimani u M. Dermitzakis, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment N. Bambara u E. Manhaeve, sussegwentement E. Manhaeve, aġent, assistiti minn C. Erkelens, avukat)

    Suġġett

    Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tas-26 ta’ Settembru 2008, li ma tilqax l-offerta magħmula mill-konsorzju magħmul mir-rikorrenti u minn kumpanniji oħra fil-kuntest ta’ proċedura tas-sejħa għal offerti “TAXUD/2007/AO-005” fir-rigward tal-provvista ta’ servizzi ta’ konsulenza għan-negozju, teknika, u proġetti għal applikazzjonijiet tal-kompjuter tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tad-dwana, tad-dazju u tat-tassazzjoni (TIMEA) kif ukoll tad-deċiżjonijiet kollha ulterjuri inkluża dik li l-kuntratt jingħata lill-offerent magħżul, mressqa abbażi tal-Artikolu 225 KE u l-Artikolu 230 KE, u min-naħa l-oħra, talba għad-danni, imressqa abbażi tal-Artikolu 225 KE, l-Artikolu 235 KE u l-Artikolu 288 KE.

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud

    (2)

    Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE għandha tbati, barra l-ispejjeż tagħha, dawk tal-Kummissjoni Ewropea.


    (1)  ĠU C 55, 07.03.2009.


    Top