Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TA0471

    Kawża T-471/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas- 7 ta’ Ġunju 2011 — Toland vs Il-Parlament ( “Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Rapport ta’ verifika fuq kumpens għall-assistenza Parlamentarja — Rifjut ta’ aċċess — Eċċezzjoni li tirrigwarda l-protezzjoni tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ spezzjonijiet, investigazzjonijiet u verifiki — Eċċezzjoni li tirrigwarda l-protezzjoni tal-proċess deċiżjonali” )

    ĠU C 211, 16.7.2011, p. 23–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    16.7.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 211/23


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Ġunju 2011 — Toland vs Il-Parlament

    (Kawża T-471/08) (1)

    (Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Rapport ta’ verifika fuq kumpens għall-assistenza Parlamentarja - Rifjut ta’ aċċess - Eċċezzjoni li tirrigwarda l-protezzjoni tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ spezzjonijiet, investigazzjonijiet u verifiki - Eċċezzjoni li tirrigwarda l-protezzjoni tal-proċess deċiżjonali)

    2011/C 211/49

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Ciarán Toland (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: A. Burke, solicitor, E. Regan, SC, u J. Newman, barrister)

    Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: H. Krück, N. Lorenz u D. Moore, aġenti)

    Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: B. Weis Fogh u C. Vang, aġenti), Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentanti: J. Heliskoski, A. Guimaraes-Purokoski u H. Leppo, aġenti); u r-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: A. Falk, S. Johannesson u K. Petkovska, aġenti)

    Suġġett

    Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Awwissu 2008, Referenza A(2008) 10636, sa fejn din tirrifjuta l-aċċess għar-Rapport Nru 06/02 tas-servizz ta’ verifika interna tal-Parlament, tad-9 ta’ Jannar 2008, intitolat “Verifika tal-kumpens għall-assistenza Parlamentarja”.

    Dispożittiv

    (1)

    Id-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew, tal-11 ta’ Awwissu 2008, Referenża A(2008) 10636, hija annullata sa fejn din tirrifjuta l-aċċess għar-Rapport Nru 06/02 tas-servizz ta’ verifika interna tal-Parlament, tad-9 ta’ Jannar 2008, intitolat “Verifika tal-kumpens għall-assistenza Parlamentarja”.

    (2)

    Il-Parlament ibati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll l-ispejjeż ta’ Ciarán Toland.

    (3)

    Ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju tal-Isvezja jbatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


    (1)  ĠU C 32, 07.02.2009.


    Top