Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TA0465

    Kawża T-465/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 15 ta’ April 2011 — Ir-Repubblika Ċeka vs Il-Kummissjoni ( “Programm PHARE — ‘Fondi li jistgħu jiġġeddu’ miksuba mir-Repubblika Ċeka — Rimbors tas-somom imħallsa — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tipproċedi bl-irkupru permezz ta’ tpaċċija — Bażi legali — Ordinamenti ġuridiċi distinti — Kunċett ta’ karattru ċert u ta’ ammont fiss tal-kreditu — Obbligu ta’ motivazzjoni” )

    ĠU C 160, 28.5.2011, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    28.5.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 160/16


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ April 2011 — Ir-Repubblika Ċeka vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-465/08) (1)

    (Programm PHARE - ‘Fondi li jistgħu jiġġeddu’ miksuba mir-Repubblika Ċeka - Rimbors tas-somom imħallsa - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tipproċedi bl-irkupru permezz ta’ tpaċċija - Bażi legali - Ordinamenti ġuridiċi distinti - Kunċett ta’ karattru ċert u ta’ ammont fiss tal-kreditu - Obbligu ta’ motivazzjoni)

    2011/C 160/19

    Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

    Partijiet

    Rikorrenti: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentant: M. Smolek, aġent)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. van Nuffel, F. Dintilhac u Z. Malůšková, aġenti)

    Suġġett

    Talba għal annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tas-7 ta’ Awwissu 2008, li tipproċedi bl-irkupru permezz ta’ tpaċċija tas-somom dovuti mir-Repubblika Ċeka fil-kuntest tal-“fondi li jistgħu jiġġeddu” tal-programm PHARE.

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    (2)

    Ir-Repubblika Ċeka hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 327, 20.12.2008.


    Top