Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TA0461

    Kawża T-461/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 20 ta’ Settembru 2011 — Evropaïki Dynamiki vs BEI ( Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Provvista ta’ servizz ta’ għajnuna għall-manteniment, għas-sostenn u għall-iżvilupp ta’ sistema informatika — Caħda tal-offerta ta’ offerent — Għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor — Rikors għal annullament — Ammissibbiltà — Kompetenza — Obbligu ta’ motivazzjoni — Dritt għal rikors effettiv — Trasparenza — Proporzjonalità — Trattament ugwali u nondiskriminazzjoni — Kriterji ta’ għażla u ta’ għoti — Rikors għad-danni — Ammissibbiltà — Telf ta’ profitti )

    ĠU C 319, 29.10.2011, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.10.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 319/14


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Settembru 2011 — Evropaïki Dynamiki vs BEI

    (Kawża T-461/08) (1)

    (Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Provvista ta’ servizz ta’ għajnuna għall-manteniment, għas-sostenn u għall-iżvilupp ta’ sistema informatika - Caħda tal-offerta ta’ offerent - Għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor - Rikors għal annullament - Ammissibbiltà - Kompetenza - Obbligu ta’ motivazzjoni - Dritt għal rikors effettiv - Trasparenza - Proporzjonalità - Trattament ugwali u nondiskriminazzjoni - Kriterji ta’ għażla u ta’ għoti - Rikors għad-danni - Ammissibbiltà - Telf ta’ profitti)

    2011/C 319/25

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: N. Korogiannakis u P. Katsimani, avukati)

    Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) (rappreżentanti: C. Gómez de la Cruz u T. Pietilä, aġenti, assistiti minn J. Stuyck, avukat)

    Suġġett

    Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-BEI, tal-31 ta’ Jannar 2008, li ma jaċċettax l-offerta mogħtija mir-rikorrenti fil-kuntest ta’ sejħa għal offerti li tirrigwarda l-provvista ta’ servizzi intiżi sabiex tingħata għajnuna għall-manteniment, għas-sostenn u għall-iżvilupp ta’ sistema informatika u li jagħti l-kuntratt lil offerent ieħor, mressqa abbażi tal-Artikoli 225 KE u 230 KE, u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni mressqa abbażi tal-Artikoli 225 KE, 235 KE u 288 KE.

    Dispożittiv

    (1)

    Id-deċiżjoni tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) li ma jaċċettax l-offerta mogħtija minn Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE fil-kuntest tas-sejħa għal offerti 2007/S 176-215155 li tirrigwarda l-provvista ta’ servizzi intiżi sabiex tingħata “[g]ħajnuna għall-manteniment, għas-sostenn u għall-iżvilupp tas-sistema ‘Loans Front Office’ (Serapis)” u li jagħti l-kuntratt lil Sybase BVBA hija annullata.

    (2)

    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

    (3)

    Il-BEI huwa kkundannat għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 19, 24.01.2009.


    Top