EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TA0450

Kawża T-450/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad- 9 ta’ Marzu 2012 — Coverpla vs UASI — Heinz-Glas (Flixkun) ( “Disinn Komunitarju — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrapreżenta flixkun — Disinn preċedenti — Raġuni għal invalidità — Żvelar tad-disinn preċedenti — Nuqqas ta’ novità — Artikoli 5 u 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002” )

ĠU C 126, 28.4.2012, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

28.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 126/13


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Marzu 2012 — Coverpla vs UASI — Heinz-Glas (Flixkun)

(Kawża T-450/08) (1)

(Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrapreżenta flixkun - Disinn preċedenti - Raġuni għal invalidità - Żvelar tad-disinn preċedenti - Nuqqas ta’ novità - Artikoli 5 u 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002)

2012/C 126/25

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Coverpla (Nice, Franza) (rappreżentanti: P. Greffe u M. Chaminade, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Heinz-Glas GmbH (Piesau, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Pütz-Poulalion, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-UASI, tas-7 ta’ Lulju 2008 (Każ R 1411/2007-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità ta’ disinn Komunitarju bejn Heinz-Glas GmbH u Coverpla.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miħċud.

(2)

Coverpla hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 6, 10.01.2009.


Top