EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TA0344

Kawża T-344/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 22 ta’ Mejju 2012 — EnBW Energie Baden-Württemberg vs Il-Kummissjoni ( “Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Fajl amministrattiv ta’ proċedura fil-qasam tal-akkordji — Rifjut ta’ aċċess — Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ investigazzjoni — Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-interessi kummerċjali ta’ terz — Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-proċess deċiżjonali — Obbligu tal-istituzzjoni kkonċernata li twettaq eżami konkret u individwali tal-kontenut tad-dokumenti msemmija fl-applikazzjoni għal aċċess” )

ĠU C 194, 30.6.2012, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/18


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Mejju 2012 — EnBW Energie Baden-Württemberg vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-344/08) (1)

(Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Fajl amministrattiv ta’ proċedura fil-qasam tal-akkordji - Rifjut ta’ aċċess - Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ investigazzjoni - Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-interessi kummerċjali ta’ terz - Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-proċess deċiżjonali - Obbligu tal-istituzzjoni kkonċernata li twettaq eżami konkret u individwali tal-kontenut tad-dokumenti msemmija fl-applikazzjoni għal aċċess)

2012/C 194/27

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: EnBW Energie Baden-Württemberg AG (Karlsruhe, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Bach u A. Hahn, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment P. Costa de Oliveira, A. Antoniadis u O. Weber, sussegwentement A. Bouquet, P. Costa de Oliveira u A. Antoniadis, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: K. Petkovska, S. Johannesson u A. Falk, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Siemens AG (Berlin u Munich, il-Ġermanja) (rappreżentanti: I. Brinker, C. Steinle u M. Holm-Hadulla, avukati); u ABB Ltd (Zürich, l-Isvizzera) (rappreżentanti: inizjalment J. Lawrence, solicitor, u E. Whiteford, barrister, sussegwentement J. Lawrence u D. Howe, solicitor)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni SG.E.3/MV/psi D(2008) 4931, tas-16 ta’ Ġunju 2008, li tiċħad l-aċċess għall-fajl tal-proċedura COMP/F/38.899 — Switchgears insulati bil-gass.

Dispożittiv

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni SG.E3/MV/psi D(2008) 4931, tas-16 ta’ Ġunju 2008, li tirrifjuta l-aċċess għall-fajl tal-proċedura COMP/F/38.899 — Switchgears insulati bil-gass, hija annullata.

(2)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn EnBW Energie Baden-Württemberg AG.

(3)

Ir-Renju tal-Isvezja, ABB Ltd u Siemens AG għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 272, 25.10.2008.


Top