EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TA0304

Kawża T-304/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 10 ta’ Lulju 2012 — Smurfit Kappa Group vs Il-Kummissjoni ( “Għajnuna mill-Istat — Prodotti ta’ imballaġġ ikkorrugati — Għajnuna għall-kostruzzjoni ta’ fabbrika fejn tinħadem il-karta — Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mogħtija mill-Istat — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq komuni — Ammissibbiltà — Legalità tal-mandat mogħti minn persuna ġuridika lill-avukati tagħha — Adozzjoni ta’ deċiżjoni fi tmiem il-fażi ta’ eżami preliminari — Locus standi — Drittijiet proċedurali tal-partijiet interessati — Diffikultajiet serji li jiġġustifikaw il-ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali — Eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħa diskrezzjonali tagħha — Artikolu 87(3)(a) KE — Artikolu 88(2) u (3) KE — Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 — Artikolu 44(5) u (6) tar-Regoli tal-Proċedura” )

ĠU C 250, 18.8.2012, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

18.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 250/12


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Lulju 2012 — Smurfit Kappa Group vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-304/08) (1)

(Għajnuna mill-Istat - Prodotti ta’ imballaġġ ikkorrugati - Għajnuna għall-kostruzzjoni ta’ fabbrika fejn tinħadem il-karta - Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mogħtija mill-Istat - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq komuni - Ammissibbiltà - Legalità tal-mandat mogħti minn persuna ġuridika lill-avukati tagħha - Adozzjoni ta’ deċiżjoni fi tmiem il-fażi ta’ eżami preliminari - Locus standi - Drittijiet proċedurali tal-partijiet interessati - Diffikultajiet serji li jiġġustifikaw il-ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali - Eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħa diskrezzjonali tagħha - Artikolu 87(3)(a) KE - Artikolu 88(2) u (3) KE - Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 - Artikolu 44(5) u (6) tar-Regoli tal-Proċedura)

2012/C 250/20

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Smurfit Kappa Group plc (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: T. Ottervanger u E. Henny, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Martenczuk u C. Urraca Caviedes, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Propapier PM 2 GmbH, li kienet Propapier PM2 GmbH & Co. KG (Eisenhüttenstadt, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H.-J. Niemeyer u Ch. Herrmann, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni C(2008) 1107 tal-Kummissjoni, tat-2 ta’ April 2008, li tiddikjara kompatibbli mas-suq komuni l-għajnuna nazzjonali reġjonali li l-awtoritajiet Ġermaniżi għandhom l-intenzjoni li jagħtu lil Propapier PM2 għall-bini ta’ fabbrika fejn tinħadem il-karta f’Eisenhüttenstadt (Reġjun ta’ Brandenburg-Nordost) (Għajnuna mill-Istat N 582/2007 — il-Ġermanja)

Dispożittiv

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 1107, tat-2 ta’ April 2008, li tiddikjara kompatibbli mas-suq komuni l-għajnuna reġjonali li l-awtoritajiet Ġermaniżi beħsiebhom jagħtu lil Propapier PM2 għall-kostruzzjoni ta’ fabbrika fejn tinħadem il-karta f’Eisenhüttenstadt (reġjun ta’ Brandenburg — Nordost) (Għajnuna mill-Istat Nru 582/2007 — il-Ġermanja) hija annullata.

(2)

Il-Kummissjoni Ewropea u Propapier PM 2 GmbH huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 272, 25.10.2008.


Top