Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TA0037

    Kawża T-37/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 8 ta’ Novembru 2011 — Walton vs Il-Kummissjoni ( “Implementazzjoni tal-baġit — Irkupru — Tpaċija tal-krediti — Effett retroattiv — Sentenza tal-Qorti Ġenerali li tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas kumpens suġġett għall-interessi — Kreditu ċert, likwidu u dovut” )

    ĠU C 370, 17.12.2011, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.12.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 370/22


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Novembru 2011 — Walton vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-37/08) (1)

    (Implementazzjoni tal-baġit - Irkupru - Tpaċija tal-krediti - Effett retroattiv - Sentenza tal-Qorti Ġenerali li tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas kumpens suġġett għall-interessi - Kreditu ċert, likwidu u dovut)

    2011/C 370/35

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Robert Walton (Oxford, ir-Renju Unit) (rappreżentant: D. Beard, barrister)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Europea (rappreżentant: J. Currall, aġent)

    Suġġett

    Talba għal annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tas-16 ta’ Novembru 2007, sabiex tirkupra permezz ta’ tpaċija s-somma ta’ EUR 36 551,58 dovuta lilha mir-rikorrent.

    Dispożittiv

    (1)

    Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Novembru 2007 hija annullata sa fejn din tinkludi l-interessi inkorsi wara t-12 ta’ Lulju 2007 fl-ammonti inklużi fit-tpaċija.

    (2)

    Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


    (1)  ĠU C 92, 12.04.2008.


    Top