EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008FN0043

Kawża F-43/08: Rikors ippreżentat fis- 16 ta' April 2008 — Spee vs Europol

ĠU C 183, 19.7.2008, p. 33–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 183/33


Rikors ippreżentat fis-16 ta' April 2008 — Spee vs Europol

(Kawża F-43/08)

(2008/C 183/66)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Partijiet

Rikorrent: David Spee (Rijswijk, l-Olanda) (rappreżentant: P. de Casparis, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol)

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni ta' l-Europol li tirtira l-offerta ta' impjieg li r-rikorrent kien ressaq il-kandidatura tiegħu għaliha u li terġa' tippubblikaha, kif ukoll talba għal danni.

Tabiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tas-7 ta' Jannar 2007 mogħtija dwar l-ilment kif ukoll id-deċiżjonijiet sottostanti ta' l-20 ta' Ġunju 2007 u tas-6 ta' Lulju 2007 li jiġi ddikjarat mill-ġdid vakanti l-post ta' First Officer fl-IMT1 Infrastructure Unit u li ma jinħatarx ir-rikorrent;

jikkundanna lill-Europol sabiex ifittex soluzzjoni ġusta għas-sitwazzjoni li fiha jinsab ir-rikorrent wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni imprudenti u żbaljata;

jikkundanna lill-Europol jikkumpensa lir-rikorrent għad-danni fl-ammont ta' EUR 5 000 netti;

jikkundanna lill-Europol għall-ispejjeż.


Top