This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62008FJ0085
Judgment of the Civil Service Tribunal (Second Chamber) of 9 July 2009. # Pietro Notarnicola v Court of Auditors of the European Communities. # Public service - Statement of reasons. # Case F-85/08.
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tad-9 ta' Lulju 2009.
Pietro Notarnicola vs il-Qorti ta' l-Awdituri tal-Komunitajiet Ewropej.
Servizz pubbliku - Motivi.
Kawża F-85/08.
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tad-9 ta' Lulju 2009.
Pietro Notarnicola vs il-Qorti ta' l-Awdituri tal-Komunitajiet Ewropej.
Servizz pubbliku - Motivi.
Kawża F-85/08.
Ġabra tal-Ġurisprudenza – Servizz Pubbliku 2009 I-A-1-00263; II-A-1-01429
ECLI identifier: ECLI:EU:F:2009:94
SENTENZA TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU
(It-Tieni Awla)
9 ta’ Lulju 2009
Kawża F-85/08
Pietro Notarnicola
vs
Il-Qorti tal-Awdituri tal-Komunitajiet Ewropej
“Servizz pubbliku – Membru tal-persunal bil-kuntratt – Rapport fi tmiem il-perijodu ta’ prova – Termini – Tkeċċija fi tmiem il-perijodu ta’ prova – Motivazzjoni – Żball manifest ta’ evalwazzjoni”
Suġġett: Rikors, ippreżentat skont l-Artikoli 236 KE u 152 KEEA, li permezz tiegħu P. Notarnicola jitlob l-annullament tad-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Qorti tal-Awdituri, tas-16 ta’ Lulju 2008, li tikkonferma d-deċiżjoni li huwa jitkeċċa, adottata fil-5 ta’ Marzu 2008, mid-direttur tar-riżorsi umani, tal-informatika u tat-telekomunikazzjonijiet.
Deċiżjoni: Ir-rikors huwa miċħud. Ir-rikorrent huwa kkundannat għall-ispejjeż kollha.
Sommarju
1. Uffiċjali – Membri tal-persunal bil-kuntratt – Reklutaġġ – Perijodu ta’ prova
(Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 34; Kondizzjonijiet tal-impjieg ta’ ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej, Artikolu 84)
2. Uffiċjali – Membri tal-persunal bil-kuntratt – Reklutaġġ – Perijodu ta’ prova
(Kondizzjonijiet tal-impjieg ta’ ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej, Artikolu 84)
3. Uffiċjali – Membri tal-persunal bil-kuntratt – Reklutaġġ – Perijodu ta’ prova – Deċiżjoni ta’ tkeċċija fi tmiem il-perijodu ta’ prova
(Kondizzjonijiet tal-impjieg ta’ ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej, Artikolu 84)
1. L-għan tal-Artikolu 34 tar-Regolamenti tal-Persunal huwa li l-parti kkonċernata tiġi ggarantita d-dritt li tissottometti l-osservazzjonijiet eventwali tagħha lill-Awtorità tal-Ħatra u li tiżgura li dawn l-osservazzjonijiet jittieħdu inkunsiderazzjoni minn din l-awtorità. Tali għan għandu wkoll jiġi attribwit lill-Artikolu 84 tal-kondizzjonijiet tal-impjieg ta’ ħaddiema oħra.
Peress li l-membru tal-persunal bil-kuntratt bi prova jkun tqiegħed f’pożizzjoni li jesponi l-opinjoni tiegħu lill-amministrazzjoni fir-rigward tal-evalwazzjonijiet tal-evalwatur, id-dewmien fit-tfassil tar-rapport fi tmiem il-perijodu ta’ prova, għalkemm jikkostitwixxi illegalità fid-dawl tar-rekwiżiti espressi mill-kondizzjonijiet tal-impjieg ta’ ħaddiema oħra, ma jistax, ikun kemm ikun ħażin, ikun tali li jqiegħed inkwistjoni l-validità tar-rapport jew, jekk ikun il-każ, id-deċiżjoni ta’ tkeċċija.
It-terminu previst fl-Artikolu 84(3) tal-kondizzjonijiet tal-impjieg ta’ ħaddiema oħra, li jipprovdi l-għoti mill-evalwatur lill-membru tal-persunal bi prova tar-rapport fi tmiem il-perijodu ta’ prova sa mhux iktar tard minn xahar qabel l-iskadenza tal-perijodu ta’ prova, ma jikkostitwixxix terminu ta’ preavviż, iżda huwa intiż li jiggarantixxi li l-membru tal-persunal ikun jista’ jesponi l-osservazzjonijiet tiegħu qabel ma l-istituzzjoni tieħu deċiżjoni dwar iż-żamma fil-kariga jew le tal-persuna kkonċernata f’data li tikkoinċidi, sa fejn huwa possibbli, ma’ dik tal-iskadenza tal-perijodu ta’ prova.
(ara l-punti 31 sa 33)
Referenza:
Il-Qorti tal-Ġustizzja: 12 ta’ Lulju 1973, Di Pillo vs Il-Kummissjoni, 10/72 u 47/72, Ġabra p. 763, punt 16; 8 ta’ Ottubru 1981, Tither vs Il-Kummissjoni, 175/80, Ġabra p. 2345, punt 13; 25 ta’ Marzu 1982, Munk vs Il-Kummissjoni, 98/81, Ġabra p. 1155, punt 8
Il-Qorti tal-Prim’Istanza: 1 ta’ April 1992, Kupka-Floridi vs KES, T‑26/91, Ġabra p. II‑1615, punt 20; 5 ta’ Marzu 1997, Rozand-Lambiotte vs Il-Kummissjoni, T‑96/95, ĠabraSP p. I‑A‑35 u II‑97, punt 68; 21 ta’ Settembru 1999, Trigari-Venturin vs Ċentru tat-Traduzzjoni, T‑98/98, ĠabraSP p. I‑A‑159 u II‑821, punt 57
It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku: 18 ta’ Ottubru 2007, Krcova vs Il-Qorti tal-Ġustizzja, F‑112/06, ĠabraSP p. I‑A‑1‑0000 u II‑A‑1‑0000, punti 33 u 35
2. Jekk, sa mill-komunikazzjoni tal-osservazzjonijiet bil-miktub tal-membru tal-persunal bi prova dwar l-evalwazzjoni tal-evalwatur fir-rigward tal-kwalitajiet tiegħu sabiex jinżamm jew le fl-impjieg tiegħu, l-Artikolu 84 tal-kondizzjonijiet tal-impjieg ta’ ħaddiema oħra ma jipprovdi ebda terminu imperattiv li fih l-awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ impjieg għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha li ż-żommu fl-impjieg tiegħu jew li tkeċċih, id-deċiżjoni tal-imsemmija awtorità dwar iż-żamma fil-kariga tal-parti kkonċernata għandha ssir f’data li tikkoinċidi, sa fejn huwa possibbli, mad-data ta’ skadenza tal-perijodu ta’ prova.
(ara l-punti 43 u 44)
Referenza:
Il-Qorti tal-Prim Istanza: Trigari-Venturin vs Ċentru ta’ traduzzjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 74
3. Deċiżjoni li ma tiġix ikkonfermata l-ħatra ta’ uffiċjal bi prova min-natura tagħha tiddistingwi ruħha mill-hekk imsejħa “tkeċċija” ta’ persuna li tkun ibbenefikat minn ħatra bħala uffiċjal permanenti. Filwaqt li, f’dan l-aħħar każ, hemm obbligu ta’ eżami fid-dettall tar-raġunijiet li jiġġustifikaw li tintemm relazzjoni ta’ impjieg speċifiku, l-eżami, fid-deċiżjonijiet dwar il-konferma tal-ħatra tal-membri tal-persunal bi prova, għandha tkun globali u għandha tikkonċerna l-eżistenza, jew le, ta’ numru ta’ elementi pożittivi kkonstatati matul il-perijodu ta’ prova li juru li l-konferma tal-ħatra tal-membru tal-persunal temporanju hija fl-interess tas-servizz.
L-istess jgħodd fir-rigward tal-Artikolu 84 tal-kondizzjonijiet tal-impjieg ta’ ħaddiema oħra, inkwantu d-deċiżjoni li ma jinżammx membru tal-persunal bil-kuntratt fl-impjieg tiegħu fi tmiem perijodu ta’ prova (jew matul il-perijodu ta’ prova) tiddistingwi ruħha wkoll min-natura tat-tkeċċija ta’ membru tal-persunal li jkun ġie preċedentement ikkonfermat fl-impjieg tiegħu abbażi ta’ rapport ta’ tmiem ta’ perijodu ta’ prova pożittiv. B’hekk, bħal fil-każ li jirrigwarda d-deċiżjoni li tiġi kkonfermata l-ħatra jew le, id-deċiżjoni dwar iż-żamma jew le ta’ membru tal-persunal fl-impjieg tiegħu tirrikjedi eżami globali fi tmiem il-perijodu ta’ prova u tippermetti li tiġi kkonstatata l-eżistenza, jew le, ta’ numru ta’ elementi pożittivi li juru li ż-żamma fil-kariga tal-membru tal-persunal huwa fl-interess tas-servizz.
Barra minn hekk, l-amministrazzjoni għandha marġni ta’ diskrezzjoni wiesgħa fir-rigward tal-ħiliet u tal-prestazzjonijiet ta’ uffiċjal jew ta’ membru tal-persunal bi prova skont l-interess tas-servizz. Għaldaqstant it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ma jistax jissostitwixxi l-evalwazzjoni tal-istituzzjonijiet ma’ dik tiegħu fir-rigward tar-riżultat ta’ perijodu ta’ prova u tal-ħiliet ta’ kandidat għal ħatra definittiva jew għall-konferma tal-kuntratt tiegħu fis-servizz pubbliku Komunitarju, peress li l-istħarriġ tiegħu jillimita ruħu għal dak tan-nuqqas ta’ żball manifest ta’ evalwazzjoni jew ta’ abbuż ta’ poter.
(ara l-punti 70 sa 72)
Referenza:
Il-Qorti tal-Ġustizzja: Munk vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 16; 17 ta’ Novembru 1983, Tréfois vs Il-Qorti tal-Ġustizzja, 290/82, Ġabra p. 3751, punti 24, 25 u 29; 5 ta’ April 1984, Alvarez vs Il-Parlament, 347/82, Ġabra p. 1847, punti 16; 15 ta’ Mejju 1985, Patrinos vs KES, 3/84, Ġabra p. 1421, punti 13 u 25
Il-Qorti tal-Prim’Istanza: Kupka-Floridi vs KES, iċċitata iktar ’il fuq, punt 52; Rozand-Lambiotte vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punti 112 u 113; 27 ta’ Ġunju 2002, Tralli vs BĊE, T‑373/00, T‑27/01, T‑56/01 u T‑69/01, ĠabraSP p. I‑A‑97 u II‑453, punt 76
It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku: Krcova vs Il-Qorti tal-Ġustizzja, iċċitata iktar ’il fuq, punt 62