Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008FJ0043

    Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-18 ta' Ġunju 2009.
    David Spee vs L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol).
    Servizz pubbliku.
    Kawża F-43/08.

    Ġabra tal-Ġurisprudenza – Servizz Pubbliku 2009 I-A-1-00201; II-A-1-01103

    ECLI identifier: ECLI:EU:F:2009:70

    SENTENZA TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU

    (It-Tieni Awla)

    18 ta’ Ġunju 2009

    Kawża F-43/08

    David Spee

    vs

    L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol)

    “Servizz pubbliku – Persunal tal-Europol – Pożizzjoni vakanti – Proċedura ta’ selezzjoni”

    Suġġett: Rikors, ippreżentat taħt l-Artikolu 40(3) tal-Konvenzjoni bbażata fuq l-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Konvenzjoni Europol) u taħt l-Artikolu 93(1) tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Europol, li bih D. Spee jitlob l-annullament tad-deċiżjoni tad-Direttur tal-Europol, tas-7 ta’ Jannar 2008, li tiċħad l-ilment tiegħu, kif ukoll id-deċiżjonijiet sottostanti tal-20 ta’ Ġunju 2007 u tas-6 ta’ Lulju 2007 dwar il-ftuħ mill-ġdid ta’ proċedura ta’ selezzjoni għall-pożizzjoni ta’ amministratur prinċipali ddikjarata vakanti fil-25 ta’ Lulju 2006.

    Deċiżjoni: Ir-rikors huwa miċħud. Ir-rikorrent huwa kkundannat għall-ispejjeż kollha.

    Sommarju

    Uffiċjali – Membri tal-persunal tal-Europol – Reklutaġġ – Kandidat magħżul mill-kumitat ta’ selezzjoni li ma jissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti mill-avviż ta’ pożizzjoni vakanti

    Għalkemm id-Direttur tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) ma għandux, skont il-prinċipju ta’ indipendenza tal-Bordijiet tal-Ġħażla, is-setgħa li jannulla jew li jemenda deċiżjoni ta’ Bord tal-Għażla, huwa madankollu marbut li jwarrab kull kandidat li ma jissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti fl-avviż ta’ pożizzjoni vakanti, peress li l-amministrazzjoni hija marbuta minn kull waħda mill-kundizzjonijiet li hija tkun imponiet fuqha nfisha fl-imsemmi avviż. Għaldaqstant, id-Direttur ma jistax ikun marbut b’deċiżjonijiet tal-imsemmi Bord tal-Għażla li l-illegalità tagħhom tista’ tivvizzja, konsegwentement, id-deċiżjonijiet tiegħu stess. Għaldaqstant, id-Direttur, wara li jkun sar jaf li kandidat magħżul ma jissodisfax ir-rekwiżiti ta’ avviż ta’ pożizzjoni vakanti, jista’ jiddeċiedi li jibda proċedura ġdida ta’ għażla.

    (ara l-punti 45, 46 u 48)

    Referenza:

    Il-Qorti tal-Ġustizzja: 23 ta’ Ottubru 1986, Schwiering vs Il-Qorti tal-Awdituri, 142/85, Ġabra p. 3177, punti 19 sa 21; 23 ta’ Ottubru 1986, Hoyer u Neumann vs Il-Qorti tal-Awdituri, 322/85 u 323/85, Ġabra p. 3215, punti 12 sa 14; 18 ta’ Marzu 1993, Il-Parlament vs Frederiksen, C‑35/92 P, Ġabra p. I‑991, punti 15 u 16

    Il-Qorti tal-Prim’Istanza: 21 ta’ Mejju 1996, Kaps vs Il-Qorti tal-Ġustizzja, T‑153/95, ĠabraSP p. I‑A‑233 u II‑663, punt 78; 16 ta’ Diċembru 1999, Cendrowicz vs Il-Kummissjoni, T‑143/98, ĠabraSP p. I‑A‑273 u II‑1341, punt 39; 4 ta’ Lulju 2006, Tzigani vs Il-Kummissjoni, T‑45/04, ĠabraSP p. I‑A‑2‑145 u II‑A‑2‑681, punt 46

    Top