Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008FA0088

    Kawża F-88/08: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tad- 9 ta’ Diċembru 2010 — Monique Vandeuren vs Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (ETF) (Servizz pubbliku — Persunal tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ — Membru tal-persunal temporanju — Kuntratt għal żmien indeterminat — Tkeċċija — Rekwiżit ta’ raġuni valida — Kanċellament tal-pożizzjoni — Dmir ta’ premura — Assenjazzjoni mill-ġdid)

    ĠU C 30, 29.1.2011, p. 59–59 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.1.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 30/59


    Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tad-9 ta’ Diċembru 2010 — Monique Vandeuren vs Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (ETF)

    (Kawża F-88/08) (1)

    (Servizz pubbliku - Persunal tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ - Membru tal-persunal temporanju - Kuntratt għal żmien indeterminat - Tkeċċija - Rekwiżit ta’ raġuni valida - Kanċellament tal-pożizzjoni - Dmir ta’ premura - Assenjazzjoni mill-ġdid)

    2011/C 30/111

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Monique Vandeuren (Pino Torinese, l-Italja) (rappreżentanti: inizjalment N. Lhoest, avukat, sussegwentement N. Lhoest u L. Delhaye, avukati)

    Konvenuta: Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (ETF) (rappreżentanti: T. Ciccarone, aġent, assistit minn L. Levi, avukat)

    Suġġett

    Servizz pubbliku — L-annullament tad-deċiżjoni tal-konvenuta li tkeċċi lir-rikorrenti, kif ukoll li l-Fondazzjoni Ewropea tiġi kkundannata tħallas id-dannu materjali u morali subit mir-rikorrenti.

    Dispożittiv

    (1)

    Id-deċiżjoni ta’ tkeċċija ta’ M. Vandeuren, tat-23 ta’ Ottubru 2007, hija annullata.

    (2)

    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

    (3)

    Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (ETF) hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 327, 20.12.2008, p. 44.


    Top