Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008FA0032

    Kawża F-32/08: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal- 20 ta' Jannar 2009 — Klein vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Pensjonijiet — Pensjoni ta' invalidità — Mewt — Kunċett ta' tfal dipendenti — Artikolu 2 tal-Anness VII tal-Istatut — Allowance f'każ ta' mewt — Għotja f'każ ta' mewt — Pensjoni tal-orfni)

    ĠU C 55, 7.3.2009, p. 51–51 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.3.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 55/51


    Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-20 ta' Jannar 2009 — Klein vs Il-Kummissjoni

    (Kawża F-32/08) (1)

    (Servizz pubbliku - Uffiċjali - Pensjonijiet - Pensjoni ta' invalidità - Mewt - Kunċett ta' tfal dipendenti - Artikolu 2 tal-Anness VII tal-Istatut - Allowance f'każ ta' mewt - Għotja f'każ ta' mewt - Pensjoni tal-orfni)

    (2009/C 55/93)

    Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: Marie-Claude Klein (Grasse, Franza) (rappreżentanti: S. Rodrigues u C. Bernard-Glanz, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: D. Martin u K. Herrmann, aġenti]

    Suġġett

    L-annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tal-4 ta' Mejju 2007 li tiċħad lir-rikorrenti l-benefiċċju ta' għotja f'każ ta' mewt, ta' allowance f'każ ta' mewt u ta' pensjoni tal-orfni.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    M. Klein hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 116, 9.5.2008, p. 36.


    Top