Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CO0517

    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (it-Tieni Awla) tal-15 ta' April 2010.
    Makhteshim-Agan Holding BV et. vs Il-Kummissjoni Ewropea.
    Appell- Direttiva 91/414/KEE - Nuqqas ta' inklużjoni tal-endosulfan fl-Anness I tal-imsemmija direttiva - Irtirar tal-awtoriazzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq - Appell manifestament infondat.
    Kawża C-517/08 P.

    ECLI identifier: ECLI:EU:C:2010:190





    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-15 ta’ April 2010 – Makhteshim-Agan Holding et vs Il-Kummissjoni

    (Kawża C-517/08 P)

    “Appell – Direttiva 91/414/KEE – Nuqqas ta’ inklużjoni tal-endosulfan fl-Anness I tal-imsemmija direttiva – Irtirar tal-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq – Appell manifestament infondat”

    1.                     Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment (Artikolu 230 KE) (ara l-punt 54)

    2.                     Appell – Aggravji – Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-fatti sottomessi lill-Qorti Ġenerali – Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament (Artikolu 225 KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 58) (ara l-punt 62)

    3.                     Appell – Aggravji – Kritika tal-aggravji mingħajr influwenza fuq id-dispożittiv tas-sentenza appellata – Aggravju ineffettiv (Artikolu 225 KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 56) (ara l-punti 77, 80, 89)

    Suġġett

    Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tad-9 ta’ Settembru 2008, Bayer CropScience et vs Il-Kummissjoni (T‑75/06), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors għall-annullament tad-Deċiżjoni tal‑Kummissjoni C (2005) 864, tat-2 ta’ Diċembru 2005, dwar in-nuqqas ta’ inklużjoni tal‑endosulfan fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar tal‑awtorizzazzjonijiet mogħtija għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom din is-sustanza attiva [notifikata bin-numru C(2005) 4611] (ĠU L 349 M, p. 647).

    Dispożittiv

    1)

    L-appell huwa miċħud.

    2)

    Makhteshim-Agan Holding BV, Alfa Agricultural Supplies SA u Aragonesas Agro SA huma kkundannati għall-ispejjeż.

    3)

    European Crop Protection Association (ECPA) għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

    Top