Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CO0501

    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (il-Ħames Awla) tal-24 ta' Settembru 2009.
    Município de Gondomar vs il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej.
    Appell - Fondi ta' Koeżjoni - Regolament (KE) Nru 1164/94 - Revoka ta' għajnuna finanzjarja Komunitarja - Rikors għal annullament - Ammissibbiltà - Atti li jikkonċernaw direttament u individwalment lill-appellant.
    Kawża C-501/08 P.

    ECLI identifier: ECLI:EU:C:2009:580





    Digriet tal‑Qorti tal‑Ġustizzja (Il‑Ħames Awla) tal‑24 ta’ Settembru 2009 – Município de Gondomar vs Il‑Kummissjoni

    (Kawża C‑501/08 P)

    “Appell – Fond ta’ Koeżjoni – Regolament (KE) Nru 1164/94 – Revoka ta’ għajnuna finanzjarja Komunitarja – Rikors għal annullament – Ammissibbiltà – Atti li jikkonċernaw direttament u individwalment lill-appellant”

    1.                     Rikors għal annullament - Persuni fiżiċi jew ġuridiċi - Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment - Interess dirett - Kriterji - Deċiżjoni tal-Kummissjoni, indirizzata lil Stat Membru, li tirrevoka għajnuna finanzjarja mill-Fond ta’ Koeżjoni (ir-raba’ paragrafu tal‑Artikolu 230 KE) (ara l-punti 25-32)

    2.                     Appell - Aggravji - Motivazzjoni insuffiċjenti - Motivazzjoni impliċita tal‑Qorti tal-Prim’Istanza - Ammissibbiltà - Kundizzjonijiet (Artikolu 225 KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 36 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53) (ara l-punti 33-35)

    3.                     Komunitajiet Ewropej - Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet - Bżonn għall-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jirrikorru għar-rinviju preliminari għall-evalwazzjoni tal-validità - Obbligu tal-qrati nazzjonali li japplikaw ir-regoli proċedurali nazzjonali b’mod li jippermettu l-kontestazzjoni tal-legalità tal-atti Komunitarji (Artikolu 10 KE, ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE u, Artikolu 234 KE) (ara l-punti 37-39)

    Suġġett

    Appell mid-digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla), tal‑10 ta’ Settembru 2008, Município de Gondomar vs Il‑Kummissjoni (T‑324/06), li permezz tiegħu l‑Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet bħala inammissibbli t-talba għall‑annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 3782, tas‑16 ta’ Awwissu 2006, dwar ir‑revoka tal-għajnuna finanzjarja mogħtija mill-Fond ta’ Koeżjoni għall-proġett Nru 95/10/61/017 intitolat “Żvilupp ta’ Grand Porto Sud - Sottosistema ta’ Gondomar”.

    Dispożittiv

    1)

    L-appell huwa miċħud.

    2)

    Il-Município de Gondomar huwa kkundannat għall-ispejjeż.

    Top