Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CO0494

    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (il-Ħames Awla) tad-9 ta' Diċembru 2009.
    Prana Haus GmbH vs l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trademarks u disinni).
    Appell - Artikolu 119 tar-Regoli tal-Proċedura - Trade mark Komunitarja - Trade mark verbali PRANAHAUS - Regolament (KE) Nru 40/94 - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat.
    Kawża C-494/08 P.

    ECLI identifier: ECLI:EU:C:2009:759





    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-9 ta’ Diċembru 2009 – Prana Haus vs UASI

    (Kawża C‑494/08 P)

    “Appell – Artikolu 119 tar-Regoli tal-Proċedura – Trade mark Komunitarja – Trade mark verbali PRANAHAUS – Regolament (KE) Nru 40/94 – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat”

    1.                     Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(ċ)) (ara l-punti 29-31)

    2.                     Appell - Aggravji - Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti u tal-provi - Inammissibbiltà - Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi - Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament (Artikolu 225(1) KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58) (ara l-punt 36)

    Suġġett

    Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tmien Awla) [li saret il-Qorti Ġenerali], tas-17 ta’ Settembru 2008, Prana Haus GmbH vs UASI (T‑226/07), li permezz tagħha l‑Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors għal annullament kontra d‑deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-18 ta’ April 2007, li tiċħad l‑appell mid-deċiżjoni tal-eżaminatur li tirrifjuta r-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali “PRANAHAUS” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16 u 35 - Karattru deskrittiv tat-trade mark.

    Dispożittiv

    1)

    L-appell huwa miċħud.

    2)

    Prana Haus GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.

    Top