Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CO0394

    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (il-Ħames Awla) tat-3 ta' Ġunju 2009.
    Zipcar, Inc. vs l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trademarks u disinni) (UASI).
    Appell - Trade mark Komunitarja - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 - Trade mark verbali ZIPCAR - Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade mark verbali nazzjonali CICAR.
    Kawża C-394/08 P.

    ECLI identifier: ECLI:EU:C:2009:334





    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-3 ta’ Ġunju 2009 – Zipcar vs UASI

    (Kawża C‑394/08 P)

    “Appell – Trade mark Komunitarja – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 – Trade mark verbali ZIPCAR – Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade mark verbali nazzjonali CICAR”

    1.                     Appell - Aggravji - Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-provi - Inammissibbiltà - Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament (Artikolu 225 KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58) (ara l-punti 39, 40)

    2.                     Trade mark Komunitarja - Dispożizzjonijiet proċedurali - Eżami ex officio tal-fatti - Portata - Obbligu li tiġi stabbilita l-eżattezza ta’ fatti magħrufa- Assenza - Kontestazzjoni quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza - Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tan-natura magħrufa tal-fatti mill-Qorti tal-Prim’Istanza - Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament (Artikolu 225 KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 58; Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 74) (ara l-punt 42)

    3.                     Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Trade mark preċedenti komposta minn trade mark nazzjonali (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 48, 49)

    Suġġett

    Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tmien Awla), tal-25 ta’ Ġunju 2008, Zipcar vs UASI (T-36/07), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet rikors għal annullament ippreżentat mill-applikant għat-trade mark verbali “ZIPCAR” għal prodotti fil-klassijiet 9, 39 u 42 kontra d-Deċiżjoni R 122/2006-2 tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tat-30 ta’ Novembru 2006, li tiċħad l-appell mid-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li tirrifjuta parzjalment ir-reġistrazzjoni tal-imsemmija trade mark fil-kuntest tal-oppożizzjoni magħmula mill-proprjetarju tat-trade mark verbali nazzjonali “CICAR” għal servizzi fil-klassi 39.

    Dispożittiv

    1)

    L-appell huwa miċħud.

    2)

    Zipcar Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.

    Top