Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CO0287

    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (il-Ħames Awla) tat-3 ta' Ottubru 2008.
    Crocefissa Savia et. vs Ministero dell’Istruzione, dell’Università e della Ricerca et.
    Talba għal deċiżjoni preliminari: Tribunale ordinario di Milano - l-Italja.
    Talba għal deċiżjoni preliminari - Nuqqas ta’ rabta mad-dritt Komunitarju - Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja.
    Kawża C-287/08.

    ECLI identifier: ECLI:EU:C:2008:539





    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-3 ta’ Ottubru 2008 – Savia et vs Ministero dell’Istruzione, dell’Università e della Ricerca et

    (Kawża C‑287/08)

    “Talba għal deċiżjoni preliminari – Nuqqas ta’ rabta mad-dritt Komunitarju – Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja”

    Domandi preliminari – Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja – Limiti (Artikolu 234 KE) (ara l-punti 7-10)

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari - Tribunale ordinario di Milano - Interpretazzjoni tal-Artikolu 6(2) UE u tal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem - Dritt għal smigħ xieraq - Leġiżlazzjoni nazzjonali li għandha effett retroattiv u li timmodifika l-kundizzjonijiet tal-kuntratt ta’ xogħol dwar is-salarju.

    Dispożittiv

    Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej manifestament m’għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għad-domandi magħmula mit-Tribunale ordinario di Milano permezz ta’ deċiżjoni tas-16 ta’ Ġunju 2008.


    Top