This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62008CO0180
Order of the Court (Sixth Chamber) of 13 November 2008.#Maria Kastrinaki tou Emmanouil v Panepistimiako Geniko Nosokomeio Thessalonikis AHEPA.#Reference for a preliminary ruling: Dioikitiko Efeteio Thessalonikis - Greece.#First subparagraph of Article 104(3) of the Rules of Procedure - Directive 89/48/EEC - Recognition of diplomas - Studies completed in an ‘independent study centre’ not recognised as an educational establishment by the host Member State Psychologist.#Joined cases C-180/08 and C-186/08.
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (is-Sitt Awla) tat-13 ta' Novembru 2008.
Maria Kastrinaki tou Emmanouil vs Panepistimiako Geniko Nosokomeio Thessalonikis AHEPA.
Talba għal deċiżjoni preliminari: Dioikitiko Efeteio Thessalonikis - il-Greċja.
L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Direttiva 89/48/KEE - Rikonoxximent ta’ diplomi - Studji kompletati f’‘Ċentru ta’ studji liberi’ mhux irrikonoxxut bħala stabbiliment ta’ tagħlim mill-Istat Membru ospitanti - Psikologu.
Każijiet Magħquda C-180/08 u C-186/08.
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (is-Sitt Awla) tat-13 ta' Novembru 2008.
Maria Kastrinaki tou Emmanouil vs Panepistimiako Geniko Nosokomeio Thessalonikis AHEPA.
Talba għal deċiżjoni preliminari: Dioikitiko Efeteio Thessalonikis - il-Greċja.
L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Direttiva 89/48/KEE - Rikonoxximent ta’ diplomi - Studji kompletati f’‘Ċentru ta’ studji liberi’ mhux irrikonoxxut bħala stabbiliment ta’ tagħlim mill-Istat Membru ospitanti - Psikologu.
Każijiet Magħquda C-180/08 u C-186/08.
ECLI identifier: ECLI:EU:C:2008:627
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-13 ta’ Novembru 2008 – Kastrinaki vs AHEPA
(Kawżi magħquda C‑180/08 u C-186/08)
“L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura – Direttiva 89/48/KEE – Rikonoxximent ta’ diplomi – Studji kompletati f’‘Ċentru ta’ studji liberi’ mhux irrikonoxxut bħala stabbiliment ta’ tagħlim mill-Istat Membru ospitanti – Psikologu”
Moviment liberu tal-persuni - Libertà ta’ stabbiliment - Ħaddiema - Rikonoxximent ta’ diplomi ta’ edukazzjoni ogħla mogħtija mal-kompletar tal-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali ta’ mill-inqas tliet snin - Direttiva 89/48 (Direttiva tal-Kunsill 89/48, Artikolu 3) (ara l-punti 50-53 u d-dispożittiv)
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari - Dioikitiko Efeteio Thessalonikis - Interpretazzjoni tal-Artikoli 1, 2, 3 u 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 89/48/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1988, dwar sistema ġenerali għar-rikonoxximent ta’ diplomi ta’ edukazzjoni ogħla mogħtija mal-kompletar tal-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali ta’ mill-inqas tliet snin (ĠU L 19, p. 16) - Interpretazzjoni tal-Artikoli 39(1), 10(1), 43, 47(1), 49, 55, 149 u 150 KE - Ċittadin ta’ Stat Membru li eżerċita professjoni rregolata fl-Istat Membru ospitanti qabel u wara r-rikonoxximent tal-ekwivalenza professjonali li tirriżulta miċ-ċertifikati akkademiċi tiegħu miksuba fi Stat Membru ieħor - Kompletar preċedenti, bis-saħħa ta’ kuntratt ta’ franchising, ta’ parti mill-istudji universitarji f’istituzzjoni mhux irrikonoxxuta bħala stabbiliment universitarju mill-Istat Membru ospitanti - Possibbiltà, minħabba r-rifjut ta’ rikonoxximent ta’ tali ċertifikati, li l-ħaddiem jiġi eskluż mill-attività professjonali tiegħu. |
Dispożittiv
L-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ospitanti huma, bis-saħħa tal-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 89/48/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1988, dwar sistema ġenerali għar-rikonoxximent ta’ diplomi ta’ edukazzjoni ogħla mogħtija mal-kompletar tal-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali ta’ mill-inqas tliet snin, marbuta li jippermettu lil ċittadin ta’ Stat Membru, li għandu diploma skont din id-direttiva maħruġa minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor, jeżerċita l-professjoni tiegħu taħt l-istess kundizzjonijiet bħal min għandu diplomi nazzjonali anki jekk din id-diploma
– tiċċertifika tagħlim miksub, b’mod totali jew parzjali, minn stabbiliment li jinsab fl-Istat Membru ospitanti li, skont il-leġiżlazzjoni ta’ dan l-aħħar Stat, mhuwiex irrikonoxxut bħala ċentru ta’ tagħlim, u
– ma ġietx approvata mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.