Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CO0055

    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-25 ta' Frar 2010.
    Santa Casa da Misericórdia de Lisboa vs Liga Portuguesa de Futebol Profissional, Bwin International Ltd u Betandwin.Com Interactive Entertainment AG.
    Talba għal deċiżjoni preliminari: Tribunal Judicial da Comarca do Porto - il-Portugall.
    Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Inammissibbiltà.
    Kawża C-55/08.

    ECLI identifier: ECLI:EU:C:2010:86





    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-25 ta’ Frar 2010 – Santa Casa da Misericórdia de Lisboa vs Liga Portuguesa de Futebol Profissional et

    (Kawża C‑55/08)

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Inammissibbiltà”

    Domandi preliminari - Ammissibbiltà - Domandi magħmula mingħajr informazzjoni suffiċjenti fuq il-kuntest fattwali u leġiżlattiv (Artikolu 234 KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 23) (ara l-punti 14-16)

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari - Tribunal Judicial da Comarca do Porto - Interpretazzjoni tal-Artikoli 43, 49 u 56 KE - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tirriżerva għal ċerta organizzazzjoni d-dritt li torganizza, b’mod esklużiv, il-logħob tal‑ażżard u tal-lotteriji u li tikkunsidra bħala att kriminali l-attività ta’ organizzazzjoni, promozzjoni u ġbir, inkluż bl-Internet, ta’ mħatri fuq avvenimenti sportivi - Projbizzjoni imposta fuq impriża li teżerċita l-attività ta’ organizzazzjoni ta’ mħatri u ta’ lotteriji on line li għandha s-sede tagħha fi Stat Membru ieħor milli tippromwovi, torganizza u tamministra dawn l-imħatri u lotteriji bl-Internet u li tqiegħed għad-dispożizzjoni tar-rebbieħa l-valur tal‑premjijiet.

     Dispożittiv

    It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Judicial da Comarca do Porto (il-Portugall), permezz tad-deċiżjoni tad-19 ta’ Diċembru 2007, hija manifestament inammissibbli.

    Top