Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CO0017

    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-6 ta' Frar 2009.
    MPDV Mikrolab GmbH, Mikroprozessordatenverarbeitung und Mikroprozessorlabor vs l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trademarks u disinni) (UASI).
    Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 7(1)(ċ) - Rifjut ta’ reġistrazzjoni - Trade mark verbali manufacturing score card - Karattru deskrittiv.
    Kawża C-17/08 P.

    ECLI identifier: ECLI:EU:C:2009:64





    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-6 ta’ Frar 2009 – MPDV Mikrolab vs UASI

    (Kawża C‑17/08 P)

    “Appell – Trade mark Komunitarja – Regolament (KE) Nru 40/94 – Artikolu 7(1)(ċ) – Rifjut ta’ reġistrazzjoni – Trade mark verbali manufacturing score card – Karattru deskrittiv”

    Appell - Aggravji - Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi – Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament (Artikolu 225 KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58) (ara l-punt 27)

    Suġġett

    Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (L-Ewwel Awla), tat-8 ta’ Novembru 2007, MPDV Mikrolab vs UASI (manufacturing score card) (T‑459/05), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet ir-rikors għall-annullament tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tad-19 ta’ Ottubru 2005, li tiċħad l-appell mid-deċiżjoni tal-eżaminatur li tirrifjuta r-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali “manufacturing score card” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 35 u 42 – Karattru distintiv ta’ trade mark verbali magħmula minn kliem li kull waħda minnhom tiddeskrivi karatteristiċi tal-prodotti jew servizzi kkonċernati.

    Dispożittiv

    1)

    L-appell huwa miċħud.

    2)

    MPDV Mikrolab GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.

    Top