EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CN0579

Kawża C-579/08 P: Appell ippreżentat fl- 24 ta' Diċembru 2008 minn Messer Group GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Prim'Istanza (L-Ewwel Awla) fil- 15 ta' Ottubru 2008 fil-Kawża T-305/06, Air Products u Chemicals Inc. vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni) (UASI)

ĠU C 55, 7.3.2009, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/17


Appell ippreżentat fl-24 ta' Diċembru 2008 minn Messer Group GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Prim'Istanza (L-Ewwel Awla) fil-15 ta' Ottubru 2008 fil-Kawża T-305/06, Air Products u Chemicals Inc. vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni) (UASI)

(Kawża C-579/08 P)

(2009/C 55/27)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Messer Group GmbH (rappreżentanti: W. Graf v. Schwerin u J. Schmidt, avukati)

Partijiet oħra fil-kawża: Air Products and Chemicals Inc., L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni) (UASI)

Talbiet tal-appellanti

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

Tannulla s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-15 ta' Ottubru 2008 fil-Kawżi magħquda T-305/06, T-306/06 u T-307/06 u tiċħad ir-rikors ippreżentat fl-ewwel istanza

Tikkundanna lir-rikorrenti fl-ewwel istanza għall-ispejjeż, inklużi dawk tal-appellanti u tal-intervenjenti fl-ewwel istanza,

sussidjarjament:

Tannulla s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-15 ta' Ottubru 2008 fil-Kawżi magħquda T-305/06, T-306/06 u T-307/06;

Tirrinvija l-kawża lill-Qorti tal-Prim'Istanza;

Tirriżerva l-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti ssostni li l-Qorti tal-Prim'Istanza naqset milli tapplika korrettament il-kriterji stabbiliti għall-implementazzjoni xierqa tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1).

Barra minn hekk, l-appellanti ssostni li s-sentenza appellata tal-Qorti tal-Prim'Istanza hija bbażata fuq ineżattezza sostantiva fil-konstatazzjonijiet tagħha fir-rigward tad-determinazzjoni tal-pubbliku rilevanti.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 tal-20 ta' Diċembru 2003 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 11, p. 1).


Top