EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CN0549

Kawża C-549/08: Rikors ippreżentat fl- 10 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs l-Irlanda

ĠU C 55, 7.3.2009, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/9


Rikors ippreżentat fl-10 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs l-Irlanda

(Kawża C-549/08)

(2009/C 55/14)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: P. Dejmek, A.A. Gilly, aġenti)

Konvenuta: L-Irlanda

Talbiet

tikkonstata li billi naqset milli tadotta l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (1), tal-1 ta' Awwissu 2006, dwar miżuri ta' implementazzjoni tad-Direttiva 2005/60/KE (2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li jirrigwarda d-definizzjoni tal-persuni politikament esposti u l-kundizzjonijiet tekniċi tal-applikazzjoni ta' obbligi ssemplifikati ta' viġilanza fir-rigward tal-klijentela kif ukoll tal-eżenzjoni minħabba attività finanzjarja eżerċitata okkażjonalment jew fuq livell limitat ħafna, jew, f'kull każ, billi ma nnotifikatx lill-Kummissjoni b'dawn id-dispożizzjonijiet, l-Irlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt id-direttiva;

tikkundanna lill-Irlanda għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu ta' traspożizzjoni tad-Direttiva skada fil-15 ta' Diċembru 2007


(1)  ĠU L 214, p. 29.

(2)  ĠU L 309, p. 15.


Top