Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CN0417

    Kawża C-417/08: Rikors ippreżentat fit- 22 ta' Settembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq

    ĠU C 301, 22.11.2008, p. 25–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.11.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 301/25


    Rikors ippreżentat fit-22 ta' Settembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq

    (Kawża C-417/08)

    (2008/C 301/39)

    Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: A.A. Gilly u U. Wölker)

    Konvenut: Ir-Renju Unit

    Talbiet

    Tikkonstata li, billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta' April 2004, dwar ir-responsabbiltà ambjentali f'dak li għandu x'jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali (1) jew, f'kull każ, billi ma kkomunikahomx lill-Kummissjoni, ir-Renju Unit naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva;

    tikkundanna lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    It-terminu li fih kellha tiġi trasposta d-direttiva skada fit-30 ta' April 2007.


    (1)  ĠU L 143, 30.4.2004, p. 56.


    Top