This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62008CN0319
Case C-319/08: Reference for a preliminary ruling from the Giudice di Pace di Ischia (Italy) lodged on 15 July 2008 — Lucia Anna Giorgia Iacono v Telecom Italia SpA
Kawża C-319/08: Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Giudice di Pace di Ischia (l-Italja) fil- 15 ta' Lulju 2008 — Lucia Anna Giorgia Iacono vs Telecom Italia SpA
Kawża C-319/08: Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Giudice di Pace di Ischia (l-Italja) fil- 15 ta' Lulju 2008 — Lucia Anna Giorgia Iacono vs Telecom Italia SpA
ĠU C 236, 13.9.2008, p. 11–11
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
13.9.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 236/11 |
Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Giudice di Pace di Ischia (l-Italja) fil-15 ta' Lulju 2008 — Lucia Anna Giorgia Iacono vs Telecom Italia SpA
(Kawża C-319/08)
(2008/C 236/17)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Qorti tar-rinviju
Giudice di Pace di Ischia
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Lucia Anna Giorgia Iacono
Konvenuta: Telecom Italia SpA
Domanda preliminari
Id-dispożizzjonijiet Komunitarji li jinsabu fl-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, fid-Direttiva 2002/22/KE (1), fid-Direttiva 1999/44/KE (2), fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2001/310/KE (3) u fid-Direttiva 1998/257/CE (4) għandhom effett dirett vinkolanti u għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-kontroversji “fl-oqsma tal-komunikazzjonijiet elettroniċi bejn utenti finali u operaturi, li jirrigwardaw in-nuqqas ta' rispett tad-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw is-servizz universali u d-drittijiet ta' l-utenti finali stabbiliti fid-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, fid-deliberazzjonijiet ta' l-awtorità, fil-kundizzjonijiet kuntrattwali u fil-kundizzjonijiet tas-servizz” (kontroversji previsti fl-Artikolu 2 tad-deliberazzjonijiet ta' l-awtorità garanti Nru. 173/07/CONS), m'għandhomx ikunu suġġetti għal tentativ obbligatorju ta' konċiljazzjoni li fin-nuqqas tiegħu ma jkunx jista' jitressaq rikors quddiem il-qrati, b'tali mod li jipprevalu fuq id-dispożizzjoni li tinsab fl-Artikolu 3(1) ta' l-imsemmija deliberazzjoni ta' l-awtorità garanti tal-komunikazzjoni?
(1) ĠU L 108, p. 51.
(2) ĠU L 171, p. 12.
(3) ĠU L 109, p. 56.
(4) ĠU L 115, p. 31 (Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni).