EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CN0301

Kawża C-301/08: Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Cour de cassation (Il-Lussemburgu) fis- 7 ta' Lulju 2008 — Irène Bogiatzi, miżżewġa Ventouras vs Deutscher Luftpool, Société Luxair SA, Il-Komunitajiet Ewropej, L-Istat tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, Le Foyer Assurances SA

ĠU C 236, 13.9.2008, p. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

13.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 236/9


Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Cour de cassation (Il-Lussemburgu) fis-7 ta' Lulju 2008 — Irène Bogiatzi, miżżewġa Ventouras vs Deutscher Luftpool, Société Luxair SA, Il-Komunitajiet Ewropej, L-Istat tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, Le Foyer Assurances SA

(Kawża C-301/08)

(2008/C 236/14)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Irène Bogiatzi, miżżewġa Ventouras

Konvenuti: Deutscher Luftpool, Société Luxair (kumpannija Lussemburgiża ta' navigazzjoni bl-ajru) SA, Il-Komunitajiet Ewropej, L-Istat tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, Le Foyer Assurances SA

Domandi preliminari

1)

Il-Konvenzjoni għall-Unifikazzjoni ta' Ċerti Regoli għat-Trasport Internazzjonali bl-Ajru ffirmata f'Varsavja fit-12 ta' Ottubru 1929, kif emendata fl-Aja fit-28 ta' Settembru 1955, li jagħmel referenza għaliha r-Regolament (KE) Nru 2027/97 (1), tagħmel parti mir-regoli tas-sistema ġuridika Komunitarja li l-Qorti tal-Ġustizzja hija kompetenti li tinterpreta skond l-Artikolu 234 KE?

2)

[Ir]-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2027/97 tad-9 ta' Ottubru 1997 dwar ir-responsabbilità ta' trasportaturi bl-ajru fl-eventwalità ta' inċidenti, fil-verżjoni applikabbli tiegħu fiż-żmien ta' l-inċident, jiġifieri fil-21 ta' Diċembru 1998, għandu jiġi interpretat fis-sens li, għall-kwistjonijiet mhux espressament regolati, id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Varsavja, f'dan il-każ l-Artikolu 29, ikomplu jkunu applikabbli għal titjira bejn Stati Membri tal-Komunità?

3)

F'każ ta' risposta affermattiva għall-ewwel u għat-tieni domanda, l-Artikolu 29 tal-Konvenzjoni ta' Varsavja, fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 2027/97, għandu jiġi interpretat fis-sens li t-terminu ta' sentejn previst fih jista' jiġi sospiż jew interrott jew li t-trasportatur jew l-assiguratur tiegħu jistgħu jirrinunċjaw għalih, permezz ta' att ikkunsidrat mill-qorti nazzjonali bħala li jiswa ta' rikonoxximent ta' responsabbiltà?


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2027/97 tad-9 ta' Ottubru 1997 dwar ir-responsabbilità ta' trasportaturi bl-ajru fl-eventwalità ta' inċidenti (ĠU L 285, p. 1).


Top