Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CN0287

Kawża C-287/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale ordinario di Milano (L-Italja) fit- 30 ta' Ġunju 2008 — Crocefissa Savia et vs Ministero dell'Istruzione, dell'Università e della Ricerca et

ĠU C 236, 13.9.2008, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

13.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 236/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale ordinario di Milano (L-Italja) fit-30 ta' Ġunju 2008 — Crocefissa Savia et vs Ministero dell'Istruzione, dell'Università e della Ricerca et

(Kawża C-287/08)

(2008/C 236/13)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale ordinario di Milano

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Crocefissa Savia, Monica Maria Porcu, Ignazia Randazzo, Daniela Genovese, Mariangela Campanella

Konvenuti: Ministero dell'Istruzione, dell'Università e della Ricerca, Direzione Didattica II Circolo — Limbiate, Úfficio Scolastico Regionale per la Lombardia, Direzione Didattica III Circolo — Rozzano, Direzione Didattica IV Circolo — Rho, Istituto Comprensivo — Castano Primo, Istituto Comprensivo A. Manzoni — Rescaldina

Domandi preliminari

1)

Leġiżlatur ta' Stat ta' l-Unjoni Ewropea jista' jadotta leġiżlazzjoni intiża li tagħti interpretazzjoni awtentika iżda li, fir-realtà, hija innovattiva fil-kontenut u hija ta' natura — b'mod partikolari — li tattribwixxi b'mod retroattiv lill-leġiżlazzjoni interpretata effetti li mhumiex dawk attribwiti preċedentement mill-ġurisprudenza prevalenti tal-qrati li jiddeċiedu fuq il-mertu u mill-ġurisprudenza kkonsolidata tal-qrati superjuri?

2)

Ir-risposta għad-domanda preċedenti tista' tiġi influwenzata mill-possibbiltà li l-leġiżlazzjoni adottata tiġi kklassifikata mhux bħala innovattiva b'effetti retroattivi, iżda bħala leġiżlazzjoni verament interpretattiva, billi tali klassifikazzjoni tiġi dedotta mill-konformità tagħha mal-qari tat-test oriġinali mill-ġurisprudenza minoritarja tal-qrati li jiddeċiedu fuq il-mertu, minkejja li tali klassifikazzjoni ġiet ripetutament kontradetta mill-Corte di Cassazione?

3)

Fil-każ ta' risposta affermattiva, x'effett ikollu, fiż-żewġ każijiet, fuq l-evalwazzjoni tal-kompatibbiltà ta' tali leġiżlazzjoni mad-dritt Komunitarju, u, b'mod partikolari, mal-prinċipji li jikkontribwixxu sabiex is-smigħ jiġi kklassifikat bħala “xieraq”, il-fatt li l-Istat innifsu huwa parti fil-kawża u li l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni adottata fil-fatt timponi fuq il-qorti li hija tiċħad it-talbiet imressqa quddiemha?

4)

Liema huma, b'mod indikattiv, ir-“raġunijiet imperattivi ta' interess ġenerali” li jistgħu jiġġustifikaw, jekk ikun il-każ ukoll b'deroga mir-risposta li għandha bħala prinċipju tingħata għad-domandi mressqa fil-punti 1, 2 u 3 iktar il-fuq, ir-rikonoxximent ta' l-effetti retroattivi ta' dispożizzjoni ta' liġi applikabbli fil-qasam ċivili u f'relazzjonijiet ta' dritt privat, minkejja li dawn jiġu konklużi ma' entità pubblika?

5)

Dawn ir-raġunijiet jinkludu motivi ta' organizzazzjoni bħal dawk li l-Corte di Cassazione Taljana rreferiet għalihom fis-sentenzi tagħha Nri 618, 677 u 11922/2088 sabiex tiġi ġġustifikata, b'mod partikolari, minħabba n-neċessità li tiġi “rregolata operazioni ta' ristrutturar ta' portata wiesgħa”, l-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni intiża biex tirregola t-trasferiment ta' l-ATA [persunal amministrattiv tekniku u awżiljarju] ta' l-entitajiet lokali lejn l-Istat iktar minn sitt snin wara t-trasferiment stess?

6)

F'kull każ, hija l-qorti nazzjonali li għandha tiddeċiedi, jekk il-liġi nazzjonali ma tgħid xejn, ir-“raġunijiet imperattivi ta' interess ġenerali” li — fil-każ ta' kawża pendenti u b'deroga mill-prinċipju ta' ugwaljanza ta' l-armi fil-kawża — jistgħu jiġġustifikaw l-adozzjoni ta' leġiżlazzjoni b'effetti retroattivi li tista' taqleb l-eżitu tal-kawża, jew, għall-kuntrarju, il-qorti nazzjonali għandha tillimita ruħha li tevalwa biss il-kompatibbiltà mad-dritt Komunitarju tal-motivi invokati espressament in sostenn ta' l-għażliet tagħha mill-leġiżlaztur ta' l-Istat in kwistjoni?


Top