Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CN0266

    Kawża C-266/08: Rikors ippreżentat fid- 19 ta' Ġunju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja

    ĠU C 209, 15.8.2008, p. 35–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.8.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 209/35


    Rikors ippreżentat fid-19 ta' Ġunju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja

    (Kawża C-266/08)

    (2008/C 209/52)

    Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Condou-Durande u E. Adsera Ribera, aġenti)

    Konvenut: Ir-Renju ta' Spanja

    Talbiet

    tiddikjara li, billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill 2004/81/KE (1), dwar il-permess ta' residenza maħruġ lil ċittadini ta' pajjiżi terzi li huma vittmi tat-traffikar fi bnedmin jew li kienu s-suġġett ta' azzjoni għall-faċilitazzjoni ta' immigrazzjoni illegali, li jikkooperaw ma' l-awtoritajiet kompetenti, ir-Renju ta' Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 17 ta' din id-direttiva;

    tikkundanna lir-Renju ta' l-Ispanja għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    It-terminu mogħti sabiex id-Direttiva 2004/81/KE tiġi trasposta fid-dritt intern skada fil-5 ta' Awwissu 2006.


    (1)  ĠU L 261, p. 19.


    Top